Il-premju Mons.Azzopardi - 5 ta' Mejju, 2008
FRED BEZZINA huwa r-rebbieh tal-Premju Monsinjur Azzopardi 2008. Dan il-premju jinghata
kull sena mid-Dar tal-Providenza bhala rikonoxximent ghall-hidma li ssir b'risq
din id-dar.
Il-Prezentazzjoni se ssir fid-Dar tal-Providenza fis-Siggiewi nhar il-Hadd, 11 ta'
Mejju, 2008 wara l-Quddiesa tat-8.30am li se tkun iccelebrata minn Mons. Lawrence
Gatt, Direttur tad-Dar. Din il-Quddiesa se tkun imxandra diretta fuq Radju RTK.
Fred Bezzina ghal bicca l-kbira ta' dawn l-ahhar 20 sena mexxa s-segretarjat
tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita' li hu zvilluppa sa mit-twaqqif
taghha, flimkien ma' l-Onor. Dr Lawrence Gonzi, li mas-Sinjura Marie Lowell, kien
l-ewwel rebbieh tal-Premju Mons Azzopardi. Matul dawn is-snin hu ddedika ruhu bis-shih
ghall-kawza tal-persuni b'dizabilita'. Jista' jinghad li kellu sehem importanti
f'kull bidla li saret f'dawn l-ahhar ghoxrin sena fil-qasam tal-persuni b'dizabilita'
u li fil-fatt kien motivatur ewlieni fit-thejjija u l-implimentazzjoni tad-decizjoniet
li ttiehdu f'dan il-qasam, b'riferenza specjali ghall-Ligi Opportunitajiet Indaqs
(Persuni b'Dizabilita')
Huwa stess genitur ta' persuna b'dizabilita' minhabba nuqqas sever ta' smiegh u
ghal dawn l-ahhar hamsa u ghoxrin sena hadem volontarjament u bla heda sabiex tittejjeb
il-kwalita' tal-hajja tal-persuni neqsin mis-smiegh.
Huwa l-editur u ko-editur ta' numru sostanzjali ta' pubblikazzjonijiet li ghandhom
x'jaqsmu mal-persuni b'dizabilita'.
Bl-impenn tieghu u l-kisbiet li saru f'dawn l-oqsma, hu rebah ir-rispett ta' kulhadd.
Insibu ir-Rebbieha ta' l-imghoddi tal-Premju Mons. Azzopardi.
Rebbieha ta' l-imghoddi tal-Premju Mons. Azzopardi:
1995: Dr Lawrence Gonzi LL.D. and Mrs Mari Lowell
1997: Sur Paul Mifsud and Sinjura Lewis Portelli
1998: Sur Manuel Curmi
1999: Fr Charles Fenech O.P.
2000: Sur Joe Camilleri
2001: Dr Carmelo Vella, M.D.
2002: Sinjura Victoria Demanuele
2003: Suor Maddalena u Suor Forunata Fava
2004: Sur John Peel
2005: Sur John Micallef
2006: Sur Tonio Bonello u s-sur Albert E. Vella
2007: Sinjura Yvonne Eastman
|