Min Aħna

Id-Dar tal-Providenza twaqqfet minn Mons. Mikiel Azzopardi fl-1965 bil-għan li toffri servizzi residenzjali individwalizzat lil Persuni b’Diżabilità f’ambjent li jixbah il-familja u li jkabbar u jimmassimizza l-abbilitajiet tagħhom biex hekk huma jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà .

Illum, id-Dar tal-Providenza tiġbor fiha tliet residenzi: Villa Monsinjur Gonzi, Villa Papa Giovanni u Villa Papa Luciani. Tiġbor fiha wkoll erbat idjar fil-komunità: ‘Żerniq’ fis-Siġġiewi, ‘Akkwarell’ fil-Qawra, ‘Dar Pirotta’ f’Birkirkara u ‘Shalom’ fiż-Żurrieq.

Bħalissa, fid-Dar jgħixu madwar mija u ħmistax-il persuna b’etajiet ta’ bejn l-erbatax u l-fuq mit-tmenin sena. Toffri wkoll servizz ta’ respite fuq bażi regolari lil familji ta’ persuni b’diżabilità, biex b’hekk il-membru tal-familja li għandu diżabilità ikun jista’ jibqa’ jgħix mal-familja tiegħu.

Komunità żgħira tas-Sorijiet ta’ Santa Giovanna Antida Thouret, magħrufa aħjar bħala s-Sorijiet tal-Karità, ilhom jgħixu u jagħtu s–servizzi tagħhom lid-Dar sa mill-1968 minn meta d-Dar laqgħet l-ewwel residenti.

Uħud mir-residenti jqattgħu l-ġurnata tagħhom f’attivitajiet barra mid-Dar bħal Ċentri ta’ matul il-jum. Oħrajn għandhom impjieg jew fid-dar stess jew barra.

Għal dawn l-aħħar snin, Id-Dar tal-Providenza kienet affiljata ma’ aġenzija barranija fi Glasgow, l-Iskozja, imsejjħa SPRED – Żvilupp Speċjali Reliġjuż li toffri għadd ta’ servizzi biex jgħinu persuni b’diżabilità intellettwali jintegraw f’komunitajiet ta’ talb fil-parroċċi permezz tal-proċess ta’ tagħlim fil-fidi.

Id-Dar tal-Providenza hija wkoll affiljata mal-European Association of Service Providers for Persons with Disabilities li tirrappreżenta ‘l fuq minn 15,000 servizz ta’ sapport għall-persuni b’diżabilità mal-Ewropa kollha.

Id-Dar trid madwar erba’ miljun u nofs ewro fis-sena biex twettaq il-ħidma tagħha.

Is-Sorijiet ta’ Santa Ġiovanna Antida Thouret fid-Dar tal-Providenza

Meta Mons. Mikiel Azzopardi kien qed jipprepara biex jiftaħ Villa Mons. Gonzi, l-ewwel dar għall-persuni b’diżabilità f’Malta, hu kiteb lis-Superjura Ġenerali tas-Sorijiet ta’ Santa Ġiovanna Antida Thouret f’Ruma jitlobha li tagħti l-barka tagħha lill-Provinċja Maltija biex tiftaħ komunità tal-Kongregazzjoni tagħha fid-Dar tal-Providenza. Is-Superjura Ġenerali aċċettat din il-petizzjoni u fit-12 ta’ Jannar 1968, xahar qabel daħlu l-ewwel residenti f’Villa Mons. Gonzi, twaqqfet fid-Dar tal-Providenza komunità żgħira ta’ Sorijiet ta’ Santa Ġiovanna Antida Thouret, magħrufa bħala s-Sorijiet tal-Karità. Minn dak iż-żmien sal-lum, din il-komunità baqgħet tissapportja lir-residenti b’dedikazzjoni u imħabba kbira.

Min kienet Santa Ġiovanna Antida Thouret? Fl-1787 Ġiovanna Antida Thouret, it-tifla ta’ landier, daħlet soru fil-kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Karità ta’ San Vinċenż de Paul. Hi ddedikat ħajjitha b’ħafna tfixkil u tbatija lill-morda u l-foqra, Fl-1 t’April 1799 ġietha s-sejħa li twaqqaf skola u sptar għall-Ordni tagħha u b’hekk twieled l-Ordni tal-Sorijiet tal-Karità. Santa Ġiovanna Antida Thouret ġiet ikkanonizzata fl-1934 mill-Papa Piju XI.

Lista tas-Sorijiet tal-Karità li taw is-servizz tagħhom fid-Dar tal-Providenza

 

Isem

 
 

Sr Aggunta Mallia*

12/01/1968 – 1970

 

Sr Alexandra Delazzaio

12/01/1968 – 1968

 

Sr  Agostina Cutajar

12/01/1968 – 1970

 

Sr Annunziata Cortis*

1970- 1972

1982- 1982

 

Sr Assunta Camilleri

1970 – 1972

 

Sr Castagna Caruana

1970 -1970

 

Sr Pacifica  Micallef

1971 – 1998

 

Sr Caterina D’Alfonso

1971 -1971

 

Sr Maria Vittoria Sciberras

1971-1995

 

Sr Assunta Camilleri

1971-1972

1990 -1992

 

Sr Cecilia Frendo*

1972 – 1972

 

Sr Nicolina  Bonello

1972 – 1973

1985 – 1990

 

Sr Vincenza Briffa

1972 – 1972

 

Sr Bartolomea Bezzina

      1972 1973

      1992-

 

Sr Clara Vella

1973-1973

 

Sr Salvina Bezzina

1973 -1973

 

Sr Gaetana Pace*

1975 – 1982

 

Sr Maria Ersilia Mifsud*

1975 – 1977

 

Sr Maria Concetta Farrugia

1976 – 1977

 

Sr Maria Anna Camilleri

1977 – 1978

1983 – 2000

 

      Sr M’Anna Laferla

      1979 – 1981

 

      Sr Gesuina Mangion

      1979 –

 

      Sr Francesca Farrugia

      1980 – 1985

 

      Sr Concetta Attard

      1981- 1984

 

      Sr Madalena Fava*

      1982 – 1994

 

      Sr Fortunata Fava

      1982 – 1994

 

      Sr Josephine Agius

      1984 – 1985

 

      Sr Anna Theresa Pace

      1987 – 1990

 

      Sr Pauline Busuttil

      1987 – 1988

 

      Sr Emma Zammit

      1988 – 1991

 

      Sr Lucia Gauci

      1990 -1992

 

      Sr Monica Darmanin

      1992 – 1992

 

      Sr Tessie Micallef

      1993 – 1995

 

      Sr Theresa Tonna

      1993 – 1994

 

      Sr Maria Antida Mifsud*

      1994 – 2006

 

      Sr Maris Camilleri

      1995 -1995

 

      Sr Louisa Camilleri

      1996-1996

 

      Sr Anselma Tanti

      1996- 2010

 

      Sr Elena Zammit

      1996 -1999

 

      Sr Bernarda  Buhagiar

      2000-

 

      Sr Theresa Maria Piscopo

      2001- 2005

 

      Sr Lorenza Borg*

      2006 –

* Superjuri

Id-Direttur Spiritwali

Dun Trevor Fairclough hu responsabbli mill-ħidma spiritwali kemm tar-residenti kif ukoll tal-ħaddiema. Hu wkoll responsabbli mill-Katakeżi Simbolika, servizz mogħti lir-residenti Kristjani tad-Dar.

Il-Bord

Il-Bord tad-Dar tal-Providenza nħatar mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Pawlu Cremona O.P. f’Marzu tal-2011. Il-membri li jservu f’dan il-bord huma:

Chairperson:

Dun Martin Micallef

Viċi Chairperson:

Is-Sur Lawrence Zammit

Segretarja:

Is-Sinj Elvia George

Membri:

Dr Joe Bugeja
Is-Sur Jesmond Saliba
Dott. Roberta Sammut
Is-Sur Emmanuel Zammit

Id-Direttur

Dun Martin Micallef, iben John Micallef u Jane nee Bugeja twieled Ħal Luqa fl-10 ta’ Novembru 1967.

Hu beda l-istudji tiegħu fl-iskola Primarja ta’ Ħal Luqa, is-Seminarju Minuri u l-Liċeo l-Ġdid. Hu daħal fis-Seminarju Maġġuri tal-Arċisqof biex iħejji ruħu għas-saċerdozju. Hu kiseb il-grad fil-livell ta’ Baċellerat mill-Università ta’ Malta fil-Filosofija u t-Teoloġija u l-liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali. Hu kien ordnat djaknu fil-25 ta’ Novembru 1994 fil-Parroċċa ta’ Ħal Luqa u ordnat qassis fil-5 ta’ Lulju 1996. Hu serva bħala viċi-parrokku fil-parroċċa tal-Ibraġġ u aktar tard kappillan ta’ Ħal Għaxaq (2000-2005) u Marsaskala (2005-2008). Mill-2004 hu serva bħala membru tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità jirrapreżenta l-Knisja f’Malta. Hu wkoll membru tal-Kummissjoni Pastorali għall-Persuni b’Diżabilità.

Hu nħatar Direttur tad-Dar tal-Providenza fl-1 t’Ottubru 2008 wara Mons. Lawrence Gatt li nħatar Kanċellier tal-Kurja Arċiveskovili.

Email: mmicallef@dartalprovidenza.org

L-Istorja tad-Dar

Monsinjur Mikiel Azzopardi kien l-Assistent Ekkleżjastiku Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika Maltija li għal xi żmien kellu ħolma li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità li għal xi raġuni jew oħra ma setgħux jibqgħu mal-ġenituri tagħhom.

Fit-12 ta’ Settembru 1965 hu xandar din l-idea waqt programm tar-radju – dik li jiftaħ l-ewwel dar residenzjali f’Malta għall-persuni b’diżabilità. Sinjorina żagħżugħa li semgħet il-programm tant ħassitha mqanqla b’din l-idea li hi fittxitu u tagħtu ċekk ta’ mitt lira (madwar €230) – flus li hi kienet ġemgħet biex tmur btala barra minn Malta.

Fil-21 ta’ Jannar 1967 saru l-kuntratti u l-bini u l-art li qabel kienu l-Qrendi Royal Navy Rest Camp formalment għaddew għand l-Azzjoni Kattolika u hekk dan il-bini sar Id-Dar tal-Providenza.

Grazzi għall-kontribuzzjoni ġeneruża ħafna tal-Arċisqof ta’ Malta ta’ dak iż-żmien, Monsinjur Michael Gonzi, saru rinovazzjonijiet estensivi għal dan il-bini, li issa beda jissejjaħ ‘Villa Monsinjur Gonzi’. Dawn saru bi preparazzjoni ħalli dan il-bini jkun jista’ jilqa’ l-ewwel residenti.

Sorijiet mill-kongregazzjoni tal-Ordni ta’ Santa Ġiovanna Antide Thouret bdew joqogħdu hemmhekk mit-12 ta’ Jannar 1968. Huma kienu l-ewwel support workers tad-Dar tal-Providenza mgħejuna minn volontiera u aktar ‘il quddiem minn ħaddiema mħallsa. Is-Sorijiet taw servizz kontinwu minn dakinhar sal-lum. Mill-bidu nett tat-twaqqif tad-Dar, waħda mill-ewwel klawsoli tar-regoli miktuba minn Mons. Mikiel Azzopardi fis-16 ta’ Diċembru 1968 kienet l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabilità fis-soċjetà, regola li baqgħet il-ġebla tax-xewka tad-Dar. L-ewwel tliet residenti waslu fid-Dar tal-Providenza fil-11 ta’ Frar 1968. Huma bdew joqogħdu f’Villa Monsinjur Gonzi li kienet għada kif ġiet rinovata. Fl-1999, din il-Villa eventwalment twaqqgħet biex reġgħet inbniet u inawgurata mill-ġdid fis-17 ta’ Lulju 2001.

L-1971 rat il-bidu tal-bini tat-tieni dar iddisinjata biex tospita ħamsin resident u li ġiet imsemmija Villa Papa Giovanni. Din kient inawgurata fid-19 ta’ Marzu 1974. Waqt li x-xogħol kien għadu għaddej fuq Villa Papa Giovanni, beda jinbena t-tieni sular f’Villa Monsinjur Gonzi.

Monsinjur Mikiel Azzopardi miet fit-13 ta’ Mejju 1987. Waqt l-omelija tal-funeral tal-fundatur maħbub tad-Dar tal-Providenza, li sar fil-Konkatidral ta’ San Gwann fl-14 ta’ Marzu 1987, Mons. Ġużeppi Mercieca, l-Arċisqof ta’ Malta ta’ dak iż-żmien, qal: “… Mur moħħok mistrieħ… Kun żgur Dun Mikiel l-inizjattivi kollha mibdija minnek se jkomplu’. Kif inhu xieraq hu midfun fid-Dar tal-Providenza. Mons. Philip Calleja temporanjament ħa t-tmexxija tad-Dar, sakemm fl-1 ta’ Lulju 1987 Mons. Lawrence Gatt intgħażel mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca biex ikun it-tieni Direttur.

Fit-8 ta’ Settembru 1987 kienet inawgurata Villa Papa Luciani. Din ir-residenza kienet iddisinjata biex tkun id-dar ta’ residenti semi-indipendenti u fil-preżent tletin adult u anzjan jgħixu fiha.

Fil-11 ta’ Frar 1997 erba’ residenti bdew joqogħdu f”Żerniq’, dar żgħira fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, fil-villaġġ tas-Siġġiewi biex huma jesperjenzaw ‘għajxien issapportjat’ b’ambjent ta’ dar.

Id-Dar tal-Providenza toffri wkoll faċilitajiet ta’ respite care lill-persuni b’diżabilità li għadhom jgħixu mal-familji tagħhom. Il-fatt li huma jafu li jeżistu dawn il-faċilitajiet jgħin ħafna lil dawn il-familji biex huma jkomplu bil-ħidma tagħhom biex il-membru b’diżabilità tal-familja tagħhom ikompli jgħix magħhom.

Fl-1998, Id-Dar tal-Providenza affiljat ruħha ma’ aġenzija barranija minn Glasgow, l-Iskozja magħrufa bħala SPRED, Special Religious Development jiġifieri Żvilupp Speċjali Reliġjuż. Din hi xibka ta’ servizzi ddisinjati biex jassistu persuni li għandhom diżabilità intellettwali jkunu integrati fl-assemblei parrokkjali ta’ qima fil-proċess edukattiv fil-fidi.

Fl-1 ta’ Ottubru 2008 Dun Martin Micallef inħatar Direttur tad-Dar tal-Providenza wara Mons. Lawrence Gatt, li nħatar Kanċellier tal-Kurja Arċiveskovili.

Il-Viżjoni, il-Missjoni u l-Valuri

Il-Viżjoni

Id-Dar tal-Providenza, li tieħu isimha u l-kariżma tagħha mill-Vanġelu, hi primarjament organizzazzjoni residenzjali kommessa li tagħti s-saħħa lill-persuni b’diżabilità li jemmnu fihom infushom f’ambjent li jixbah il-familja u li jkabbar u jimmassimizza l-abbilitajiet tagħhom biex hekk huma jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà skont il-Vanġelu u t-tagħlim tal-Knisja Kattolika.

Il-Missjoni

1. Li tipprovdi servizzi residenzjali individwalizzati, fit-tul u għal ftit żmien, lill-persuni b’diżabilità b’rispett sħiħ lejn id-drittijiet u d-dinjità tagħhom.
2. Li tippromovi l-iżvilupp personali olistiku u l-inklużjoni soċjali tal-persuni li jużaw is-servizzi tagħha, inkluż l-awtonomija tagħhom u li jsiru kapaċi jiddeterminaw ħajjithom huma stess.
3. Li tipprovdi opportunitajiet lill-impjegati li jiżviluppaw ħilithom u jkabbru l-valur tax-xogħol tagħhom.
4. Li tipprovdi esperjenza bis-sens lill-volontiera.
5. Li tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet oħra li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità biex jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità u tal-familji tagħhom.

Il-Valuri

• Il-valuri tad- Dar tal-Providenza għandhom l-għeruq tagħhom fit-tagħlim tal-Vanġelu. Aħna nemmnu li l-ħajja umana hi sagra u għandha valur ugwali u bla kundizzjonijiet. Aħna nistqarru rispett intrinsiku lejn kull persuna, huma x’inhuma l-aspetti pożittivi u l-abbilitajiet tagħha.
• Aħna għandna fidi fil-Providenza Divina li tidher fil-mod kif naħdmu tant li nassiguraw li nuqqas ta’ risorsi ma għandhomx itellfuna mill-ħidma tagħna.
• Aħna nemmnu li l-familja hi l-pedament tas-soċjetà u għalhekk aħna nipprovdu sapport lill-familja biex il-persuna b’diżabilità tkun tista’ tkompli tgħix fil-familja tiegħu jew tagħha jekk din tkun ix-xewqa tal-persuna b’diżabilità nnifisha.
• Aħna naħdmu biex niżviluppaw spirtu komunitarju li jiġi trasmess fil-mod kif naħdmu ħalli l-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jiddeċiedu għalihom infushom, li jiġi mħares id-dritt tagħhom għall-privatezza u li jkunu jistgħu jiddeterminaw ħajjithom huma stess, li tippromovi l-interdipendenza u li tipprovdi sapport xieraq lill-persuni li jużaw is-servizzi tagħha.

Spiritual Director

Fr Trevor Fairclough is responsible for the spiritual wellbeing of both the residents and staff. He is also incharge of the Symbolic Catechesis, a service given to all our Christian residents.

Sisters of St Joan Antide Thouret at Id-Dar tal-Providenza

When Mgr Michael Azzopardi was preparing to open Villa Mgr Gonzi, the first home for persons with disability in Malta he wrote the Superior General of the Sisters of St Joan Antide Thouret in Rome asking her to give her blessing to the Maltese Provincial to open a community of the Congregation at Id-Dar tal-Providenza. The Superior General accepted his petition and on January 12, 1968, a month before the first residents were welcomed at Villa Mgr Gonzi, a small community of the Sisters of St Joan Antide Thouret,known as The Sisters of Charity was established at Id-Dar tal-Providenza. Since than, this community has supported residents with impressive dedication and care.

Who was Joan Antide Thouret? In 1787 Joan Antide Thouret, the daughter of a tanner, joined the congregation of the Daughters of Charity of St. Vincent de Paul. She devoted her life to caring for the sick and the poor, much of it under great adversity and hardship. On the 11th April 1799 she was called to found a school and hospital for her Order – thus the Sisters of Charity came into being. St. Joan Antide Thouret was canonised in 1934 by Pope Pius XI.

A list of the Sisters of Charity who gave their service at Id-Dar tal-Providenza

 

Names

 
 

Sr Aggunta Mallia*

12/01/1968 – 1970

 

Sr Alexandra Delazzaio

12/01/1968 – 1968

 

St Agostina Cutajar

12/01/1968 – 1970

 

Sr Annunziata Cortis*

1970- 1972

1982- 1982

 

Sr Assunta Camilleri

1970 – 1972

 

Sr Castagna Caruana

1970 -1970

 

Sr Pacifica  Micallef

1971 – 1998

 

Sr Caterina D’Alfonso

1971 -1971

 

Sr Maria Vittoria Sciberras

1971-1995

 

Sr Assunta Camilleri

1971-1972

1990 -1992

 

Sr Cecilia Frendo*

1972 – 1972

 

Sr Nicolina  Bonello

1972 – 1973

1985 – 1990

 

Sr Vincenza Briffa

1972 – 1972

 

Sr Bartolomea Bezzina

      1972 1973

      1992-

 

Sr Clara Vella

1973-1973

 

Sr Salvina Bezzina

1973 -1973

 

Sr Gaetana Pace*

1975 – 1982

 

Sr Maria Ersilia Mifsud*

1975 – 1977

 

Sr Maria Concetta Farrugia

1976 – 1977

 

Sr Maria Anna Camilleri

1977 – 1978

1983 – 2000

 

      Sr M’Anna Laferla

      1979 – 1981

 

      Sr Gesuina Mangion

      1979 –

 

      Sr Francesca Farrugia

      1980 – 1985

 

      Sr Concetta Attard

      1981- 1984

 

      Sr Madalena Fava*

      1982 – 1994

 

      Sr Fortunata Fava

      1982 – 1994

 

      Sr Josephine Agius

      1984 – 1985

 

      Sr Anna Theresa Pace

      1987 – 1990

 

      Sr Pauline Busuttil

      1987 – 1988

 

      Sr Emma Zammit

      1988 – 1991

 

      Sr Lucia Gauci

      1990 -1992

 

      Sr Monica Darmanin

      1992 – 1992

 

      Sr Tessie Micallef

      1993 – 1995

 

      Sr Theresa Tonna

      1993 – 1994

 

      Sr Maria Antida Mifsud*

      1994 – 2006

 

      Sr Maris Camilleri

      1995 -1995

 

      Sr Louisa Camilleri

      1996-1996

 

      Sr Anselma Tanti

      1996- 2010

 

      Sr Elena Zammit

      1996 -1999

 

      Sr Bernarda  Buhagiar

      2000-

 

      Sr Theresa Maria Piscopo

      2001- 2005

 

      Sr Lorenza Borg*

      2006 –

* Mother Superiors

The Board

The Board of Id-Dar tal-Providenza was set up by H.G. Mgr Paul Cremona O.P. in March 2011. The present members are as follows:

Chairperson:

Fr Martin Micallef

Vice Chairperson:

Mr Lawrence Zammit

Secretary:

Ms Elvia George

Members:

Dr Joe Bugeja
Mr Jesmond Saliba
Dr Roberta Sammut
Mr Emmanuel Zammit