Servizz ta’ Respite

Aħna nemmnu li post il-persuna b’diżabilità hi fil-familja. Madanakollu ħafna familji għandhom bżonn sapport biex ikomplu jipprovdu s-servizzi meħtieġa lill-membru b’diżabilità ta’ dawn il-familji. Wieħed minn dawn is-servizzi hu residenza temporanja lill-persuna b’diżabilità sabiex il-familja tieħu n-‘nifs’ jew biex il-persuna prinċipali responsabbli mill-persuna b’diżabilità tagħmel ċerti bżonnijiet bħalma hi li tmur l-isptar għal xi operazzjoni. Id-Dar tal-Providenza tipprovdi dan is-servizz.

Persuni li għandhom bżonn dan is-servizz jistgħu japplikaw fuq applikazzjoni apposta li tista’ tinkiseb mid-Dar jew titniżżel mill-website tad-Dar u tintbagħat lill-Ko-ordinatriċi tas-Servizzi, Id-Dar tal-Providenza, Triq Lapsi, Siġġiewi SGW 2822.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq:

info@dartalprovidenza.org jew ċemplilna fuq: (00356) 21 464 915.

Application_for_Respite.pdf

This post is also available in: English