Il-Grupp tal-Ħbieb tad-Dar tal-Providenza, NSW Australia

Il-Grupp twaqqaf f’Ottubru 2011 bil-għan li jiġbor fondi għad-Dar tal-Providenza, Malta. Fil-preżent dan il-grupp hu mmexxi mis-

• Sur Jim Borg, Ko-ordinatur/Teżorier
• Sinjura Marisa Previtera, Segretarja

Il-Grupp tal-Ħbieb tad-Dar tal-Providenza hi l-ambaxxatur uffiċjali tad-Dar f’New South Wales, l-Awstralja. Huma diġà organizzaw ġita għall-Ewropa fl-2012 u l-fondi miġbura ngħataw lid-Dar tal-Providenza fil-bidu tal-Maratona tal-Volleyball f’Ġunju 2012. Il-Grupp għandu l-intenzjoni li jkompli jorganizza ġiti u attivitajiet oħra biex jiġbru fondi għal din l-organizzazzjoni.

Kull persuna li tixtieq aktar dettalji jew li tixtieq tagħti donazzjoni għandu/għandha jikkuntattja lill-Ko-ordinatur, Jim Borg fuq Tel: +61 029367767 • Mob: +61 418825591
Wieħed jista’ jikkuntattjah ukoll fl-email: foph@bigpond.com

Detalji tal-kont bankarju:
Commonwealth Bank of Australia
Account Name: Friends of Providence House (NSW)
BSB: 062 416 Account Number: 1019 9448.

Jekk jogħġbok innottaw li dan hu l-uniku kont bankarju uffiċjali fl-Awstralja.

This post is also available in: English