Festa ta’ Ġenerożità

Fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena l-RTK 4Charity torganizza Festa ta’ Generożità fid-Dar tal-Providenza biex tiġbor fondi għad-Dar. L-isponsor ewlieni hu l-APS Bank.

Din l-attività annwali tibda b’Quddiesa fil-kapella tad-Dar waqt li kantanti lokali, żeffiena u baned jieħdu sehem f’maratona ta’ 15-il siegħa li ssir taħt it-tinda li tiġi armata fil-parking tad-Dar tal-Providenza.

Irkant ta’ xogħlijiet tal-arti mogħtija minn artisti lokali u barranin jinżamm fis-sala tad-Dar. L-irkant isir ukoll online fuq www.dartalprovidenzaauctions.com

 

This post is also available in: English