Awguri lis-Sur Oliver Scicluna u grazzi lis-Sinjura Ruth Sciberras

Id-Dar tal-Providenza tifraħ lis-Sur Oliver Scicluna għall-ħatra tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport fi ħdan il Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur.

F’din il-kariga ġdida, is-Sur Scicluna, se jkun qed iġib miegħu għarfien u esperjenza ta’ ħidma kbira fis-settur  tal-persuni b’diżabiltà.  Il-ħidma ġdida tiegħu żgur se tkompli tgħin biex is-servizzi offruti mill-Aġenzija Sapport ikomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità li jeħtiġuhom.  Għaldaqstant inwegħduh il-koperazzjoni sħiħa tagħna.

Id-Dar tal-Providenza tixtieq tirringrazzja wkoll lis-Sinjura Ruth Sciberras, l-eks Kap Eżekuttiv tal Aġenzija Sapport, tal-ħidma li wettqet fi ħdan l-Aġenzija u tal-koperazzjoni sħiħa li sibna mingħandha fil-ħidma tagħna flimkien.

This post is also available in: English