Il-Viżjoni, il-Missjoni u l-Valuri
Il-Viżjoni
Id-Dar tal-Providenza, li tieħu isimha u l-kariżma tagħha mill-Vanġelu, hi primarjament organizzazzjoni residenzjali kommessa li tagħti s-saħħa lill-persuni b’diżabilità li jemmnu fihom infushom f’ambjent li jixbah il-familja u li jkabbar u jimmassimizza l-abbilitajiet tagħhom biex hekk huma jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà skont il-Vanġelu u t-tagħlim tal-Knisja Kattolika.
Il-Missjoni
1. Li tipprovdi servizzi residenzjali individwalizzati, fit-tul u għal ftit żmien, lill-persuni b’diżabilità b’rispett sħiħ lejn id-drittijiet u d-dinjità tagħhom.
2. Li tippromovi l-iżvilupp personali olistiku u l-inklużjoni soċjali tal-persuni li jużaw is-servizzi tagħha, inkluż l-awtonomija tagħhom u li jsiru kapaċi jiddeterminaw ħajjithom huma stess.
3. Li tipprovdi opportunitajiet lill-impjegati li jiżviluppaw ħilithom u jkabbru l-valur tax-xogħol tagħhom.
4. Li tipprovdi esperjenza bis-sens lill-volontiera.
5. Li tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet oħra li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità biex jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità u tal-familji tagħhom.
Il-Valuri
• Il-valuri tad- Dar tal-Providenza għandhom l-għeruq tagħhom fit-tagħlim tal-Vanġelu. Aħna nemmnu li l-ħajja umana hi sagra u għandha valur ugwali u bla kundizzjonijiet. Aħna nistqarru rispett intrinsiku lejn kull persuna, huma x’inhuma l-aspetti pożittivi u l-abbilitajiet tagħha.
• Aħna għandna fidi fil-Providenza Divina li tidher fil-mod kif naħdmu tant li nassiguraw li nuqqas ta’ risorsi ma għandhomx itellfuna mill-ħidma tagħna.
• Aħna nemmnu li l-familja hi l-pedament tas-soċjetà u għalhekk aħna nipprovdu sapport lill-familja biex il-persuna b’diżabilità tkun tista’ tkompli tgħix fil-familja tiegħu jew tagħha jekk din tkun ix-xewqa tal-persuna b’diżabilità nnifisha.
• Aħna naħdmu biex niżviluppaw spirtu komunitarju li jiġi trasmess fil-mod kif naħdmu ħalli l-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jiddeċiedu għalihom infushom, li jiġi mħares id-dritt tagħhom għall-privatezza u li jkunu jistgħu jiddeterminaw ħajjithom huma stess, li tippromovi l-interdipendenza u li tipprovdi sapport xieraq lill-persuni li jużaw is-servizzi tagħha.
This post is also available in: English