Menu

Content

Breadcrumb

Min Aħna

Doris ma' ħabiba tagħha Doris ma' ħabiba tagħha

Id-Dar tal-Providenza twaqqfet minn Mons. Michael Azzopardi fl-1965 bil-għan li toffri dar f'ambjent ta' mħabba u li jixbah il-familja lill-persuni b'diżabilità li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jibqgħu jgħixu fil-familja tagħhom. Minn dakinhar sal-lum, id-Dar tal-Providenza ssapportjat lir-residenti tagħha biex huma jipparteċipaw fil-komunità u jkollhom kwalità ta' ħajja fil-komunità.

Illum Id-Dar tal-Providenza tikkonsisti f'tmien residenzi: Villa Monsinjur Gonzi, Villa Papa Giovanni, Villa Papa Luciani, Żerniq fis-Siġġiewi, Akkwarell fil-Qawra, Dar Pirotta f'Birkirkara u Shalom fiż-Żurrieq.

Fil-preżent madwar mija u għaxar residenti jgħixu f'dawn id-djar bl-etajiet tagħhom huma bejn l-erbatax u t-tmenin sena. Hi toffri wkoll servizz regolari ta' respite lill-familji ta' persuni b'diżabilità, biex toffrilhom support ħalli l-persuna b'diżabilità tkun tista' tibqa' tgħix fi ħdan il-familja tagħha.

Komunità żgħira ta' Sorijiet ta' Santa Ġiovanna Antida Thouret, magħrufin l-aktar bħala s-Sorijiet tal-Karità tgħix f'din id-Dar u ilhom jagħtu dan is-servizz sa mit-twaqqif tad-Dar.
X'uħud mir-residenti jqattgħu l-ġurnata tagħhom billi jipparteċipaw f'attivitajiet barra d-Dar, fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum. Ftit oħra jaħdmu fid-Dar jew barra d-Dar.

F'dawn l-aħħar snin id-Dar tal-Providenza affiljat ruħha ma' aġenzija barranija minn Glasgow (l-Iskozja) magħrufa bħala SPRED, Special Religious Development – Żvilupp Speċjali Reliġjuż. Din toffri numru ta' servizzi ddisinjati biex jassistu l-persuni b'diżabilità intellettwali jkunu integrati fil-komunitajiet parrokkjali ta' qima permezz ta' edukazzjoni fil-fidi.

Madwar erba' miljun ewro fis-sena huma meħtieġa biex titmexxa din id-Dar. Il-biċċa l-kbira jmorru biex jitħallsu s-salarji ta' madwar 200 ħaddiem li jissapportjaw lir-residenti fil-bżonnijiet kollha tagħhom ta' kuljum. Madwar 200 volontier iddedikati ħafna jissapportjaw lir-residenti fuq bażi regolari.

Id-Dar Tal-Providenza, li hi mibnija fuq il-Providenza Divina, tgħix fil-parti l-kbira tagħha mill-ġenerożità tal-benefatturi tagħha u minn donazzjonijiet tal-pubbliku li hi tirċievi biex tiffinanzja l-ħidma tagħha u tagħmel dan f'livell għoli.

F'Ottubru 2008, Dun Martin Micallef intagħżel biex ikun it-tielet Direttur tad-Dar wara Mons. Lawrence Gatt, li kien Direttur għal wieħed u għoxrin sena u Mons. Mikiel Azzopardi, il-fundatur tagħha.

Ikkuntatjana

Id-Dar tal-Providenza
Lapsi Road,
Is-Siġġiewi,
SGW 2822
MALTA
Tel No: (+356) 21464915
Fax: (+356) 21467925

Mailing List

Join our mailing list...

Log In or Register