Menu

Content

Breadcrumb

Id-Direttur

Fr Martin Micallef mal-Arċisqof Pawl Cremona O.P, Fr Martin Micallef mal-Arċisqof Pawl Cremona O.P,

Dun Martin Micallef, iben John Micallef u Jane nee Bugeja twieled Ħal Luqa fl-10 ta' Novembru 1967.

Hu beda l-istudji tiegħu fl-iskola Primarja ta' Ħal Luqa, is-Seminarju Minuri u l-Liċeo l-Ġdid. Hu daħal fis-Seminarju Maġġuri tal-Arċisqof biex iħejji ruħu għas-saċerdozju. Hu kiseb il-grad fil-livell ta' Baċellerat mill-Università ta' Malta fil-Filosofija u t-Teoloġija u l-liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali. Hu kien ordnat djaknu fil-25 ta' Novembru 1994 fil-Parroċċa ta' Ħal Luqa u ordnat qassis fil-5 ta' Lulju 1996. Hu serva bħala viċi-parrokku fil-parroċċa tal-Ibraġġ u aktar tard kappillan ta' Ħal Għaxaq (2000-2005) u Marsaskala (2005-2008). Mill-2004 hu serva bħala membru tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità jirrapreżenta l-Knisja f'Malta. Hu wkoll membru tal-Kummissjoni Pastorali għall-Persuni b'Diżabilità.

Hu nħatar Direttur tad-Dar tal-Providenza fl-1 t'Ottubru 2008 wara Mons. Lawrence Gatt li nħatar Kanċellier tal-Kurja Arċiveskovili.

Email: Questo indirizzo email è protetto dagli spambots. E' necessario abilitare JavaScript per vederlo.

Ikkuntatjana

Id-Dar tal-Providenza
Lapsi Road,
Is-Siġġiewi,
SGW 2822
MALTA
Tel No: (+356) 21464915
Fax: (+356) 21467925

Mailing List

Join our mailing list...

Log In or Register