Menu

Content

Breadcrumb

L-Istorja tad-Dar

Monsinjur Michael Azzopardi ma' ġurmalist Malti waqt il-bini tad-Dar tal-Providenza. Monsinjur Michael Azzopardi ma' ġurmalist Malti waqt il-bini tad-Dar tal-Providenza.

Monsinjur Mikiel Azzopardi kien l-Assistent Ekkleżjastiku Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika Maltija li għal xi żmien kellu ħolma li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-persuni b'diżabilità li għal xi raġuni jew oħra ma setgħux jibqgħu mal-ġenituri tagħhom.

Fit-12 ta' Settembru 1965 hu xandar din l-idea waqt programm tar-radju – dik li jiftaħ l-ewwel dar residenzjali f'Malta għall-persuni b'diżabilità. Sinjorina żagħżugħa li semgħet il-programm tant ħassitha mqanqla b'din l-idea li hi fittxitu u tagħtu ċekk ta' mitt lira (madwar €230) – flus li hi kienet ġemgħet biex tmur btala barra minn Malta.

Fil-21 ta' Jannar 1967 saru l-kuntratti u l-bini u l-art li qabel kienu l-Qrendi Royal Navy Rest Camp formalment għaddew għand l-Azzjoni Kattolika u hekk dan il-bini sar Id-Dar tal-Providenza.

Grazzi għall-kontribuzzjoni ġeneruża ħafna tal-Arċisqof ta' Malta ta' dak iż-żmien, Monsinjur Michael Gonzi, saru rinovazzjonijiet estensivi għal dan il-bini, li issa beda jissejjaħ 'Villa Monsinjur Gonzi'. Dawn saru bi preparazzjoni ħalli dan il-bini jkun jista' jilqa' l-ewwel residenti.

Sorijiet mill-kongregazzjoni tal-Ordni ta' Santa Ġiovanna Antide Thouret bdew joqogħdu hemmhekk mit-12 ta' Jannar 1968. Huma kienu l-ewwel support workers tad-Dar tal-Providenza mgħejuna minn volontiera u aktar 'il quddiem minn ħaddiema mħallsa. Is-Sorijiet taw servizz kontinwu minn dakinhar sal-lum. Mill-bidu nett tat-twaqqif tad-Dar, waħda mill-ewwel klawsoli tar-regoli miktuba minn Mons. Mikiel Azzopardi fis-16 ta' Diċembru 1968 kienet l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà, regola li baqgħet il-ġebla tax-xewka tad-Dar. L-ewwel tliet residenti waslu fid-Dar tal-Providenza fil-11 ta' Frar 1968. Huma bdew joqogħdu f'Villa Monsinjur Gonzi li kienet għada kif ġiet rinovata. Fl-1999, din il-Villa eventwalment twaqqgħet biex reġgħet inbniet u inawgurata mill-ġdid fis-17 ta' Lulju 2001.

L-1971 rat il-bidu tal-bini tat-tieni dar iddisinjata biex tospita ħamsin resident u li ġiet imsemmija Villa Papa Giovanni. Din kient inawgurata fid-19 ta' Marzu 1974. Waqt li x-xogħol kien għadu għaddej fuq Villa Papa Giovanni, beda jinbena t-tieni sular f'Villa Monsinjur Gonzi.

Monsinjur Mikiel Azzopardi miet fit-13 ta' Mejju 1987. Waqt l-omelija tal-funeral tal-fundatur maħbub tad-Dar tal-Providenza, li sar fil-Konkatidral ta' San Gwann fl-14 ta' Marzu 1987, Mons. Ġużeppi Mercieca, l-Arċisqof ta' Malta ta' dak iż-żmien, qal: "... Mur moħħok mistrieħ... Kun żgur Dun Mikiel l-inizjattivi kollha mibdija minnek se jkomplu'. Kif inhu xieraq hu midfun fid-Dar tal-Providenza. Mons. Philip Calleja temporanjament ħa t-tmexxija tad-Dar, sakemm fl-1 ta' Lulju 1987 Mons. Lawrence Gatt intgħażel mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca biex ikun it-tieni Direttur.

Fit-8 ta' Settembru 1987 kienet inawgurata Villa Papa Luciani. Din ir-residenza kienet iddisinjata biex tkun id-dar ta' residenti semi-indipendenti u fil-preżent tletin adult u anzjan jgħixu fiha.

Fil-11 ta' Frar 1997 erba' residenti bdew joqogħdu f''Żerniq', dar żgħira fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, fil-villaġġ tas-Siġġiewi biex huma jesperjenzaw 'għajxien issapportjat' b'ambjent ta' dar.

Id-Dar tal-Providenza toffri wkoll faċilitajiet ta' respite care lill-persuni b'diżabilità li għadhom jgħixu mal-familji tagħhom. Il-fatt li huma jafu li jeżistu dawn il-faċilitajiet jgħin ħafna lil dawn il-familji biex huma jkomplu bil-ħidma tagħhom biex il-membru b'diżabilità tal-familja tagħhom ikompli jgħix magħhom.

Fl-1998, Id-Dar tal-Providenza affiljat ruħha ma' aġenzija barranija minn Glasgow, l-Iskozja magħrufa bħala SPRED, Special Religious Development jiġifieri Żvilupp Speċjali Reliġjuż. Din hi xibka ta' servizzi ddisinjati biex jassistu persuni li għandhom diżabilità intellettwali jkunu integrati fl-assemblei parrokkjali ta' qima fil-proċess edukattiv fil-fidi.

Fl-1 ta' Ottubru 2008 Dun Martin Micallef inħatar Direttur tad-Dar tal-Providenza wara Mons. Lawrence Gatt, li nħatar Kanċellier tal-Kurja Arċiveskovili.

Ikkuntatjana

Id-Dar tal-Providenza
Lapsi Road,
Is-Siġġiewi,
SGW 2822
MALTA
Tel No: (+356) 21464915
Fax: (+356) 21467925

Mailing List

Join our mailing list...

Log In or Register