Menu

Content

Breadcrumb

Kamra Multisensorjali

L-intrata tal-Kamra Multi Sensorjali fid-Dar tal-Providenza. L-intrata tal-Kamra Multi Sensorjali fid-Dar tal-Providenza.

Il-Kamra Multisensorjali ġiet inawgurata t-Tnejn 24 ta' Ġunju, 2013 mill-Eċċ. Tiegħu George Abela, President ta' Malta u mis-Sinjura Abela u mbierka mill-Eċċ Tiegħu Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta' Malta. Dan il-proġett kien parzjalment iffinanzjat mill-Malta Community Chest Fund.

Dawn il-kmamar joffru ambjent iddisinjat speċifikament biex jgħinu persuni b'diżabilità jgawdu minn varjetà kbira ta' esperjenzi sensorjali għat-terapija, tagħlim, rilassament u gost. Il-kunċett hu li jiġu kkreati attivitajiet li jiffukaw fuq sensi partikolari bħal dak li tmiss, li tara, tisma', ixxomm jew tiċċaqlaq.

Il-Kamra Multisensorjali hi konferma oħra tal-impenn kontinwu tad-Dar li tipprovdi servizz ta' kwalità lir-residenti tagħha.

Ikkuntatjana

Id-Dar tal-Providenza
Lapsi Road,
Is-Siġġiewi,
SGW 2822
MALTA
Tel No: (+356) 21464915
Fax: (+356) 21467925

Mailing List

Join our mailing list...

Log In or Register