Menu

Content

Breadcrumb

SPRED

Fid-dinja tal-lum aħna aktar konxji li persuni b'diżabilità intellettwali, bħala membri mgħammda tal-Knisja tagħna, għandhom id-drittijiet u l-bżonnijiet spiritwali tagħhom. Aħna fid-Dar tal-Providenza ilna ħafna nippruvaw inwieġbu għal dawn il-bżonnijiet.

Fl-2004 id-Dar tal-Providenza bdiet il-metodu magħruf bħala SPRED - Special Religious Development, Żvilupp Reliġjuż Speċjali. Dan il-metodu kellu suċċess f'diversi pajjiżi. Fi SPRED kull persuna b'diżabilità intellettwali għandha kumpann u tagħmel parti minn komunità żgħira ġeneralment ta' 14-il persuna. Biex jgħin għal żvilupp spiritwali, l-ambjent fejn il-persuni jiltaqgħu jkun ippreparat sew. Kamra li toffri akkoljenza sabiħa bi ftit li xejn distrazzjonijiet tgħin lill-persuna tikkalma u tkun lesta għall-esperjenza sagra aktar espliċita. Wara madwar 45 minuta, il-grupp jinġabar madwar il-Kelma t'Alla f'kamra oħra li hi bħal oratorju. Hawnhekk il-Katekist Mexxej imexxi lill-grupp f'katekeżi adatta għalih: immirata għall-qalb, u mhux għall-moħħ, permezz tas-sensi u ftit kliem u ħafif. Għar-residenti tagħna dak li hu tassew reali għalihom huma l-ġrajjiet ordinarji fil-ħajja ta' kuljum – li jieklu, jixorbu, jidħku mal-ħbieb, jistennew lil xi ħadd iżurhom, joħorġu. Huma dawn il-ġrajjiet ordinarji li l-Katekist Mexxej b'ħila u b'sengħa jqanqal mill-persuni fil-grupp waqt laqgħa ta' SPRED. Mill-uman nersqu għal dak li hu Divin għax Alla jikxef lilu nnifsu fl-ordinarju. Kull laqgħa tispiċċa bil-qsim tal-ikel u tax-xorb madwar mejda li kulħadd jgħin biex titħejja. L-esperjenza kollha tieħu xi sagħtejn.

Il-grupp tal-katekisti (it-tnejn li jmexxu u l-kumpanni) jiltaqa' l-ġimgħa ta' wara biex jirrevedi l-laqgħa ta' qabel u jipprepara, permezz tat-talb, il-laqgħa li jmiss.

Ladarba l-katekeżi u l-liturġija huma intrinsikament marbutin flimkien, iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fil-Kappella tad-Dar tal-Providenza tieħu tifsira aktar profonda. Il-ġabra u l-atmosfera ta' talb f'laqgħa ta' SPRED jinġiebu fil-liturġija: fil-laqgħa ta' SPRED l-esperjenza liturġika tal-quddiesa titqanqal u tikber. Permezz ta' dan il-bilanċ bejn katekeżi u liturġija, ilkoll huma msaħħin biex jidħlu aktar fil-fond fil-misteru t'Alla li 'jagħmel xi ħaġa sabiħa għalina u fostna.'

Fi SPRED il-kumpanni jikbru fil-fidi. Il-ħbieb jikbru fil-fidi. Flimkien, bħala kumpanni, jagħmlu mixja li fiha jaqsmu l-fidi tagħhom.

Jekk inti interessat li taqsam il-fidi u l-ħbiberija tiegħek ma' persuni b'diżabilità intellettwali kkuntattja lil SPRED fuq l-Email:Questo indirizzo email è protetto dagli spambots. E' necessario abilitare JavaScript per vederlo.

Ikkuntatjana

Id-Dar tal-Providenza
Lapsi Road,
Is-Siġġiewi,
SGW 2822
MALTA
Tel No: (+356) 21464915
Fax: (+356) 21467925

Mailing List

Join our mailing list...

Log In or Register