Menu

Content

Breadcrumb

Donazzjoni biex Tiċċelebra t-Tieġ Tiegħek

Wedding souvenir - Dar tal-Providenza Wedding souvenir - Dar tal-Providenza

Il-jum tat-tieġ hu mument importanti fil-ħajja ta' koppja għarajjes. Il-preparazzjoni għal din il-ġurnata hi intensiva u tibda minn kmieni. Fost l-affarijiet li l-koppja trid tipprepara huma s-souvenirs tat-tieġ.

Dan l-aħħar, ġie introdott mod ġdid u sabiħ kif tista' tgħin id-Dar billi flok souvenirs tat-tieġ il-kopja jagħtu donazzjoni lil xi istituzzjoni bħalma hi Id-Dar tal-Providenza.
Fid-dawl ta' din l-alternattiva l-ġdida, Id-Dar tal-Providenza, stampat bookmarks speċifikament għal dawn il-koppji li jagħmlu din l-għażla biex huma jkunu jistgħu jagħtuhom lill-mistednin tat-tieġ tagħhom. Fuq dawn il-bookmarks hemm spazju fejn wieħed jista' jniżżel l-isem tal-għarus u l-għarusa.

Koppji interesati li jridu jagħmlu din l-għażla nobbli, jistgħu jċemplu fuq 21462844 jew 21464915 jew jikkunttatjawna bl-email: Questo indirizzo email è protetto dagli spambots. E' necessario abilitare JavaScript per vederlo.

Ikkuntatjana

Id-Dar tal-Providenza
Lapsi Road,
Is-Siġġiewi,
SGW 2822
MALTA
Tel No: (+356) 21464915
Fax: (+356) 21467925

Mailing List

Join our mailing list...

Log In or Register