Menu

Content

Breadcrumb

Karus ta' Mħabba

Id-Dar tal-Providenza għandha karusijiet speċjali għat-tfal li fihom huma jistgħu jfaddlu xi flus biex jgħinu lid-Dar.

Ma' kull karus nagtħu fuljett li nispjegaw li l-flus miġbura jintużaw għall-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità biex huma jkollhom opportunitajiet indaqs u jgħixu f'ambjent fejn jistgħu jħobbu u jinħabbu, jitgħallmu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-oħrajn, jikbru fil-fidi, jaħdmu u jgawdu l-ħajja bħal kull persuna umana oħra.

Aħna nispjegaw ukoll li din l-inizjattiva hi biss qatra f'oċean ta' x'nistgħu nagħmlu favur il-persuni b'diżabilità. Fil-fatt nagħtu eżempji oħra kif aħna nistgħu nilħqu dan il-għan. Dawn huma ftit mis-suġġerimenti li nagħtu lill-istudenti u lill-għalliema:

Suġġerimenti lit-tfal

• Meta nkun l-iskola, ix-xogħol jew f'xi post ieħor jiena se nilgħab, nsir ħabib u ngħin tfal b'diżabilità.
• Mhus se nittanta jew nidħak b'dawn il-persuni għax ma rridx li dan jiġri lili.
• Nagħtu l-aħjar li nistgħu biex noffri opportunitajiet indaqs f'kull qasam tal-ħajja bħalma hi l-edukazzjoni, ix-xogħol, il-knisja fl-isports u fl-attivitajiet ta' divertiment.
• Nassigura li persuni mhux b'diżabilità ma jipparkjawx il-karozzi tagħhom f'postijiet riservati għall-persuni b'diżabilità jew quddiem xi rampi speċjali.

Suġġerimenti għall-għalliema

L-għalliema jistgħu jagħżlu li jgħallmu lill-istudenti tagħhom kif jistgħu jgħinu lil dawn il-persuni. Jistgħu jagħmlu użu minn kotba speċjali u jagħmlu lezzjonijiet speċjali rigward dan is-suġġett jew jużaw kotba li fihom jirreferu għall-persuni b'diżabilità. Jista' jintuża l-pakkett edukattiv fl-isem ta' 'Ħoloq' (www.knpd.org).

Skejjel li jridu jipparteċipaw f'din il-katina ta' imħabba jistgħu jċemplu fuq 21462844 jew 21464915 jew jikkuntattjawna b'email fuq Questo indirizzo email è protetto dagli spambots. E' necessario abilitare JavaScript per vederlo.

Ikkuntatjana

Id-Dar tal-Providenza
Lapsi Road,
Is-Siġġiewi,
SGW 2822
MALTA
Tel No: (+356) 21464915
Fax: (+356) 21467925

Mailing List

Join our mailing list...

Log In or Register