Menu

Content

Breadcrumb

Finanzjament

Il-finanzi tad-Dar tal-Providenza, li hi mibnija fuq il-fidi fil-Providenza Divina, jiġu fil-biċċa l-kbira tagħhom mill-ġenerożita tal-benefatturi tagħha Maltin u mid-dinja kollha biex hi tkun tista' taqdi l-missjoni tagħha. Donazzjonijiet jaslu bil-posta, direttament fir-reception tad-Dar jew f'forma ta' wirt u legati, permezz tal-avviżi tal-mejtin fil-gazzetti u fuq ir-radijiet lokali li flok fjuri jibagħtu donazzjonijiet lid-Dar tal-Providenza. Xi kultant id-Dar tirċievi donazzjoni għal xi servizz speċjali jew biex isir talb lill-morda u lill-mejtin, għal miżżewġin ġodda jew għat-twelid ta' tarbija.

Il-finanzi tad-Dar tal-Providenza huma awditjati minn kumpanja professjonali tal-awdituri u r-rendikonti finanzjarji annwali jintbagħtu lill-Kurja tal-Arċisqof biex eventwalment jiġu ppubblikati flimkien mal-kontijiet kollha tal-Arċidjoċesi.

Tista tagħmel donazzjoni billi tniżżel ammont hawn taħt:

Donazzjonijiet jistgħu jsiru:


* fi flus kontanti jew b'ċekk fid-Dar stess is-Siġġiewi jew fl-uffiċċju tad-Dar fi 244, Triq San Pawl, Valletta.

* b'ċekk magħmul f'isem id-Dar tal-Providenza u mibgħut bil-posta lid-
   Id-Dar tal-Providenza, Triq Lapsi, Siġġiewi SĠW 2822

* permess ta' money order u mibgħut bil-posta lid-

Id-Dar tal-Providenza, Triq Lapsi, Siġġiewi SĠW 2822

* permezz ta' depositu f'wieħed minn dawn il-kontijiet bankarji:

APS Bank IBAN: MT14APSB77046000234320000517554
BIC: APSBMTMT

BOV IBAN: MT46VALL22013000000011702245152
BIC: VALLMTMT

HSBC IBAN: MT10MMEB44440000000044082873050
BIC: MMEBMTMT

Lombard Bank IBAN: MT37LBMA05000000000001440300371
BIC: LBMAMTMT

Banif Bank IBAN: MT81BNIF14502002128651817000000
BIC: BNIFMTMTXXX

* permezz tal-internet fuq www.dartalprovidenza.org

* billi tibgħat sms ta' €7 fuq 5061 8922

* permezz tal-BOV Mobile Pay 7932 4834

Id-Dar tal-Providenza tara li tibgħat irċevuta għal kull donazzjoni li nirċievu f'flus kontanti, ċekkijiet jew money orders u donazzjonijiet oħra li jitolbuhielna. Biex inkunu nistgħu nagħmlu dan, id-donaturi jridu jagħtuna d-dettalji personali tagħhom (isem, kunjom u indirizz) mad-donazzoni.

Ikkuntatjana

Id-Dar tal-Providenza
Lapsi Road,
Is-Siġġiewi,
SGW 2822
MALTA
Tel No: (+356) 21464915
Fax: (+356) 21467925

Mailing List

Join our mailing list...

Log In or Register