Menu

Content

Breadcrumb

Skema ta' 25c ta' Ewro scheme – Inizjattiva dwar ir-Responsabbilità Soċjali

Għal kważi ħamsin sena, Id-Dar tal-Providenza tipprovdi residenza permanenti u servizzi ta' respite lill-persuni b'diżabilità fil-ħames Djar tagħha fis-Siġġiewi u fil-Qawra. Biex tagħti dan is-servizz l-ispiża hi waħda konsiderevoli – fil-preżent tlaħħaq madwar €10,000 kuljum.

Matul is-snin, id-Dar tal-Providenza rnexxielha tlaħħaq ma' dawn l-ispejjeż grazzi għall-Providenza Divina u l-ħafna ħbieb u benefatturi f'Malta u barra minn Malta.

Wieħed mill-modi kif nistgħu niġbru l-fondi hu billi ninkoraġġixxu l-impjegati jwiegħdu li jagħtu 25 ċenteżmu ta' Ewro (€0.25) fil-ġimgħa mill-paga tagħhom lid-Dar. Dan l-ammont żgħir jitnaqqas mill-paga tagħhom imbagħad il-kumpanija tgħaddieh fil-kont bankarju tad-Dar. Mill-esperjenza li kellna, din l-inizjattiva titlob ftit li xejn xogħol amministrattiv u ċerti li l-maġġoranza tal-impjegati ma jsibu l-ebda oġġezzjoni li jidħlu fiha.

Għalhekk qed nitolbu s-sapport tagħkom biex tidħlu f'din l-iskema u tħeġġu l-ħaddiema tagħkom jipparteċipaw fiha.

Kumpaniji interessati jistgħu jiksbu, jekk iridu, aktar informazzjoni dwar din l-iskema mis-Sur Louis Schembri, il-ko-ordinatur tagħha fuq Questo indirizzo email è protetto dagli spambots. E' necessario abilitare JavaScript per vederlo. jew Questo indirizzo email è protetto dagli spambots. E' necessario abilitare JavaScript per vederlo. jew fuq 9988 0920.

Impjegati li jixtiequ jidħlu f'din l-iskema għandhom jikkunttajaw l-HR Manager tal kumpanija tagħhom. Jekk il-kumpanija tagħhom mhix diġà parti minn din l-iskema huma għandhom jinkoraġġuha lil min iħaddimhom biex jagħmel dan.

Ikkuntatjana

Id-Dar tal-Providenza
Lapsi Road,
Is-Siġġiewi,
SGW 2822
MALTA
Tel No: (+356) 21464915
Fax: (+356) 21467925

Mailing List

Join our mailing list...

Log In or Register