Menu

Content

Breadcrumb

The Two Islands Challenge b’risq id-Dar tal-Providenza Ingħaqad magħna f’mixja ta’ 45 kilometru jew parti minnha

Il-gruppi "Experience: Adventures and More" u "Camini...amo" se jorganiżżaw ir-raba' edizzjoni ta' The Two Islands Challenge. Din tikkonsisti f'mixja ta' 45km li tibda mit-tarf ta' Għawdex u tispicca fit-tarf ta' Malta. Din l-isfida ser issir nhar il-Ġimgħa 31 ta' Marzu 2017.

Il-parteċipanti Maltin jiltaqgħu iċ-Ċirkewwa ħdejn il-vapur fis-7.00am biex jirkbu l-vapur tas-7.30am. Hekk kif jaslu fil-port tal-Imġarr ser isibu trasport jistenniehom biex jeħodhom qrib il-kappella ta' San Dimitri fl-Għarb minn fejn ser tibda l-mixja fit-8.30am. Il-parteċipanti Għawdxin jiltaqgħu fit-8.00am ħdejn il-Knisja Parrokkjali tal-Għarb. Mill-Għarb il-parteċipanti jimxu 13-il kilometru sal-port tal-Imġarr u jirkbu l-vapur tal-11.15am. Kif jaslu ċ-Ċirkewwa jibdew mixja ta' 32 kilometru sal-Knisja Parrokkjali ta' Birżebbuga. Min għal xi raġuni jew oħra ma jistax jagħmel l-isfida kollha jista wkoll jagħmel parti minnha.

Min jixtieq jipparteċipa għandu jirreġistra billi jżur is-sit: www.dartalprovidenza.org. Għall-aktar informazzjoni tistgħu żżuru wkoll l-paġni "Experience: Adventures and More" u "Camini...amo" fuq Facebook.

Ikkuntatjana

Id-Dar tal-Providenza
Lapsi Road,
Is-Siġġiewi,
SGW 2822
MALTA
Tel No: (+356) 21464915
Fax: (+356) 21467925

Mailing List

Join our mailing list...

Log In or Register