Menu

Content

Breadcrumb

€2920 miġbura waqt it-The Two Islands Challenge b’riżq id-Dar tal-Providenza

The Two Islands Challenge 2017 The Two Islands Challenge 2017

Nhar il-Ġimgħa 31 ta' Marzu, l-Gruppi "Experience Edventures and More" u "Camini..amo 2017" irnexxielhom jiġbru s-somma sabiħa ta' €2920 waqt mixja ta' 45 kilometru li bdiet minn quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Għarb sal-Imġarr Għawdex u kompliet miċ-Ċirkewwa sa ħdejn il-Knisja Parrokkjali ta' Birżebbuġa fin-nofsinhar ta' Malta.

146 parteċipant minn Malta u Għawdex sfidaw is-sħana tal-ġurnata biex jinġabru fondi għad-Dar tal-Providenza. Din kienet ir-raba' edizzjoni ta' din l-isfida annwali.

L-organizzaturi u d-Dar tal-Providenza jirringrazzjaw lill-parteċipanti kollha kif ukoll lil dawk il-kumpaniji li sapportjaw din l-inizjattiva fosthom il-Maltapost plc, Custo Coaches, V. Spiteri & Sons Ltd, General Soft Drinks Ltd., Go & Fun, Greens Supermarket u Easy Dry Malta.

Ikkuntatjana

Id-Dar tal-Providenza
Lapsi Road,
Is-Siġġiewi,
SGW 2822
MALTA
Tel No: (+356) 21464915
Fax: (+356) 21467925

Mailing List

Join our mailing list...

Log In or Register