Menu

Content

Breadcrumb

Imnedija uffiċjalment il-Maratona tal-Volleyball BOV Marigold 2017

Press Conference BOV Marigold Volleyball Marathon Press Conference BOV Marigold Volleyball Marathon

Id-9 edizzjoni tal-BOV Marigold Volleyball Marathon b’risq id-Dar tal-Providenza, ġiet uffiċjalment imnedija llum waqt konferenza stampa fid-Dar tal-Providenza. Il-Maratona se tibda nhar il-ġimgħa 30 ta’ Ġunju fis-6.30 p.m. u tasal fi tmiemha l-Ħadd 2 ta’ Lulju f’nofsillejl wara 53 siegħa ta’ logħob kontinwu.

Il-konferenza tal-aaħbarijiet kienet indirizzata mis-sinjura Michelle Muscat, Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold – BOV in the Community u Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.  Preżenti kien hemm ukoll is-Sinjura Elvia George, CFO tal-Bank of Valletta u s-Sur Emanuel Zammit Chairperson tal-Kumitat organizzattiv tal-Maratona.

Is-Sinjura Michelle Muscat ingħatat merħba sabiħa mir-residenti u l-ħaddiema tad-dar.  Hija ġiet milqugħa minn Fr Martin Micallef fejn żaret partijiet mid-Dar.  Hija kellha c-ċans iżżur ukoll il-pixxina terapewtika li ġiet inawgurata f’Novembru tas-sena l-oħra.  Il-pixxina tintuża regolarment kulljum bħala parti mit-terapija għar-residenti.

Is-sinjura Muscat qalet li id-Dar tal-Providenza rnexxielha toħloq marka speċjali fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minnha. Leali għaIl-viżjoni tal-fundatur tad-Dar Monsinjur Mikiel Azzopardi, id-Dar qed tkompli toffri ambjent ta’ familja lir-residenti tagħha filwaqt li tgħinhom jimmassimizzaw l-abiltajiet kollha tagħhom u jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà b’mod speċjali bid-diversi djar li qed jinfetħu fil-komunità.

Dwar l-involviment tal-Fondazzjoni Marigold, Is-sinjura Muscat qalet li “hu ta sodisfazzjon għall-Fondazzjoni li tissapportja dan l-avveniment li mhux biss qiegħed jgħin biex jinġabru fondi għad-Dar iżda ukoll biex jagħti ċans liż-żagħżagħ u għadd ta voluntiera biex jgħinnu lid-Dar tkompli tgħix il-missjoni tagħha billi  tassigura li s-soċjetà tkun waħada li tinkludi lil dawn il-persuni.

Fr Martin Micallef, filwaqt li irringrazzja lill-Fondazzjoni Marigold BOV in the Community għall-appoġġ kontinwu tagħha, stqarr li hu ta privileġġ għalih li jmexxi din id- Dar li għal ħamsin sena sħaħ baqgħet miexja fuq il-providenza  mogħtija lilha mis-soċjetà.   Dwar li sfidi li jiltaqa’ magħhom kuljum, Fr Martin qal li “d-Dar li llum tilqaa’ 114 resident, teħtieġ mat-tnax il-elf ewro kuljum.  Id-Dar trid tipprovdi għall-bżonnijiet individwali ta’ kulljum għar-residenti tagħha kif ukoll għal kull bżonn ieħor fosthom is-servizzi ta’ terapisti okkupazzjonali u fiżjotepatisti.  Id-Dar toffri wkoll s-servizzi ta’ Respite għall-familji li fih ħdanhom jgħixu persuni b’diżabilità.  Eżempju ta’ dan hija il-pixxina terapewtika li għamlet differenza kbira fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti.   Mhix faċli li żżomm id-Dar għaddejja u fl-Istess ħin ittejjeb is-servizzi għal kwalità ta ħajja aħjar għar-residenti.”

Is-Sinjura Elvia George qalet li “l-Bank of Valletta huwa kuntent ħafna li għal darb’oħra qed jagħti is-appoġġ tiegħu permezz tal-Fondazzjoni għal din il-maratona biex jinġabru fondi li tant huma meħtieġa.  Aħna ċerti li l-pubbliku se jwieġeb bi ħġaru bħal ma għamel dejjem kull darba li ntalab biex jgħin.” Hija enfasizzat li d-Dar hija sinonima mal-ambjent mimli mħabba u attenzjoni individwali li tagħti lir-residenti tagħha u l-Bank huwa sodisfatt li qed jikkontribwixxi għal dan is-sostenn  ta’ din l-organizzazjoni mhux governattiva.

Fl-intervent tiegħu is-Sur Zammit  ta’ ħarsa ġeneral tax-xogħol kollu involut biex tittella’ din il-Maratona. Hu qal li “’l fuq minn mitejn voluntier ser ikunu involuti matul il-53 siegħa ta’ logħob kontinwi biex niżguraw li dan l-avveniment ikun suċċess.” Huwa stieden il-pubbliku ġenerali biex iżur din l-attività matul it-tlett ijiem tal-maratona biex jagħti l-appoġġ tiegħu lill-plejers li ser ikunu jilgħabu fil-qilla tax-xemx u matul l-ljieli u fl-istess ħin jgħin li-Dar tal-Providenza.

Il-Maratona se tkun trasmessa fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali, madanakollu l-pubbliku huwa mħeġġeġ biex iżur id-Dar tal-Providenza fejn ser ikun hemm spettaklu mużikali, ikel u xord kif ukoll  żona għat-tfal.

Il-BOV Marigold Volleyball Marathon se tkun inawgurata uffiċċjalment nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju fi-6.30 p.m. mill-Aġent President ta’ Malta s-Sinjura Dolores Cristina.  

Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jsiru bit-telefon fuq 51702012 għal donazzjoni ta’ 15 u fuq 51802013 għal donazzjoni ta 25.  Donazzjoni ta’ 6.99 tista’ ssir billi jintbagħat SMS vojt fuq 50618944.  L-abbonati tal-BOV Mobile Pay jistgħu ukoll jagħmlu d-donazzjoni tagħhom fuq in-numru 79324834.

Ikkuntatjana

Id-Dar tal-Providenza
Lapsi Road,
Is-Siġġiewi,
SGW 2822
MALTA
Tel No: (+356) 21464915
Fax: (+356) 21467925

Mailing List

Join our mailing list...

Log In or Register