Menu

Content

Breadcrumb

Somma ta' €658,039 miġbura waqt il-Maratona tal Volleyball fid-Dar tal-Providenza.

Waqt il-Maratona tal-Volleyball fid-Dar tal-Providenza inġabret is-somma sabiħa ta' €658,039. Il-Maratona bdiet il-Ġimgħa u ġiet inawgurata mill-E.T. Dolores Cristina Aġent President ta' Malta u waslet fi tmiemha f'nofs il-lejl tal-Ħadd.

Izjed min 300 voluntier taw l-appoġġ tagħhom waqt din il-Maratona li rat erbgħin player jagħtu kollox biex jiġbru dawn il-fondi għad-Dar tal-Providenza.

Parti mis-somma miġbura kienet tinkludi €€355,353 miġbura waqt il-programm Xarabank li sar nhar il-Ġimgħa 23 ta' Ġunju.

Fr Martin Micallef irringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi tal-appoġġ li ta' lid-Dar tal-Providenza. Fr Martin sostna li l-ammont li nġabar hu xhieda ta' kemm il-Maltin u Għawdxin għandhom għal qalbhom din id-Dar u rega' wiegħed li ser jibqa' jingħata l-aqwa servizz possibbli lir-residenti ta' din id-Dar.

Ikkuntatjana

Id-Dar tal-Providenza
Lapsi Road,
Is-Siġġiewi,
SGW 2822
MALTA
Tel No: (+356) 21464915
Fax: (+356) 21467925

Mailing List

Join our mailing list...

Log In or Register