Menu

Content

Breadcrumb

€27,730 miġbura waqt ikla b’risq Id-Dar tal-Providenza

Infinitely Xara, propjetà tal-familja Zammit Tabona, organizzaw ikla b'risq Id-Dar tal-Providenza taħt il-patroċinju ta' Mons Arċisqof Charles J. Scicluna li minnha nġabret is-somma sabiħa ta' €27,730. L-attività saret fl-ambjent storiku ta' Misraħ il-Kunsill fl-Imdina magħrufa wkoll bħala x-Xara Palace Relais & Chateaux Square.

Il-mistednin ingħataw ikla delizzjuża u gastronomika b'għażla ta' inbejjed u bl-akkumpanjament ta' mużika akustika. Għall-ikla, li kienet sponsorjata minn Infinitely Xara u għadd ta' kumpaniji oħra, kien preżenti wkoll Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.

Ikkuntatjana

Id-Dar tal-Providenza
Lapsi Road,
Is-Siġġiewi,
SGW 2822
MALTA
Tel No: (+356) 21464915
Fax: (+356) 21467925

Mailing List

Join our mailing list...

Log In or Register