Menu

Content

Breadcrumb

Jibda jitqassam id-Djarju tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2018

Il-faċċata tad-Djarju tad-Dar tal-Providenza 2018 Il-faċċata tad-Djarju tad-Dar tal-Providenza 2018

Id-Djarju tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2018 beda jitqassam f'kull dar ta' Malta u Għawdex. Permezz ta' dan id-djarju, li bit-tagħrif li fih jibqa' jintuża s-sena kollha, is-sostenituri ikollhom l-opportunità li juru s-solidarjetà tagħhom mad-Dar li toffri residenza lil mija u ħmistax-il resident b'diżabilità bl-aħjar ambjent li jgħin fl-iżvilupp sħiħ tagħhom.

F'dawn l-aħħar ġimgħat għadd kbir ta' volontiera minn kull qasam tal-ħajja taw daqqa t'id fl-ippakkjar ta' dawn id-djarji f'envelopes apposta. Bħal fis-snin l-imgħoddija, id-djarju fih il-ħinijiet tal-quddies kollu tal-Ħdud u ta' matul il-ġimgħa fil-knejjes kollha ta' Malta u Għawdex u Kalendarju dettaljat. Fih ukoll il-lista tal-festi parrokkjali kollha fiż-żewġ gżejjer għas-sena ddieħla.

Jekk xi ħadd ma jasallux id-djarju huwa mitlub li jċempel lir-Reception tad-Dar tal-Providenza fuq 21462844 jew b'email fuq Questo indirizzo email è protetto dagli spambots. E' necessario abilitare JavaScript per vederlo..

Ir-ritratt bil-kulur tal-qoxra huwa tpinġija ta' Christina Grech

MAPFRE MSV Life u GasanMamo Insurance sponsorjaw l-istampar tad-djarju waqt li l-Maltapost reġgħet ġentilment aċċettat li tqassam id-djarji mingħajr ħlas fid-djar kollha.

Ikkuntatjana

Id-Dar tal-Providenza
Lapsi Road,
Is-Siġġiewi,
SGW 2822
MALTA
Tel No: (+356) 21464915
Fax: (+356) 21467925

Mailing List

Join our mailing list...

Log In or Register