Menu

Content

Breadcrumb

€2920 miġbura waqt it-The Two Islands Challenge b’riżq id-Dar tal-Providenza

Nhar il-Ġimgħa 31 ta' Marzu, l-Gruppi "Experience Edventures and More" u "Camini..amo 2017" irnexxielhom jiġbru s-somma sabiħa ta' €2920 waqt mixja ta' 45 kilometru li bdiet minn quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Għarb sal-Imġarr Għawdex u kompliet miċ-Ċirkewwa sa ħdejn il-Knisja Parrokkjali ta' Birżebbuġa fin-nofsinhar ta' Malta.

146 parteċipant minn Malta u Għawdex sfidaw is-sħana tal-ġurnata biex jinġabru fondi għad-Dar tal-Providenza. Din kienet ir-raba' edizzjoni ta' din l-isfida annwali.

L-organizzaturi u d-Dar tal-Providenza jirringrazzjaw lill-parteċipanti kollha kif ukoll lil dawk il-kumpaniji li sapportjaw din l-inizjattiva fosthom il-Maltapost plc, Custo Coaches, V. Spiteri & Sons Ltd, General Soft Drinks Ltd., Go & Fun, Greens Supermarket u Easy Dry Malta.

Aqra iktar...

Onorifiċenza Mertu Siġġiewi for Mgr Lawrence Gatt, ex-Director of Id-Dar tal-Providenza

Id-Dar tal-Providenza wishes to express its satisfaction as well as its appreciation that Mgr Lawrence Gatt, ex-Director of Id-Dar tal-Providenza, was presented with the Onorifiċenza Mertu Siġġiewi by the Siġġiewi Local Council. Mgr Gatt just turned 80 and was Director of the Home for a full 22 years between 1978 and 2009. Currently he is the Chancellor of the Maltese Curia.

The presentation ceremony took place on Sunday 5th March 2017 at Id-Dar tal-Providenza under the Distinguished Patronage of Dr Louis Galea following a thanksgiving Mass at the Home's Chapel and was held on the occasion of Jum is-Siġġiewi.

Whilst Mgr Gatt was Director of the Home, Villa Papa Luciani was inaugurated, Dar Żerniq opened its doors in the community of Siġġiewi and Villa Monsinjur Gonzi was rebuilt from scratch. Other refurbishing works were undertaken on existing facilities and structures.

Also under his watch, apart from improved support for the residents and respite services, the residents with intellectual disabilities started getting support to grow in their faith through symbolic catechesis with the support of the Glasgow based Agency SPRED (SPecial REligious Development).

Together with Mgr Lawrence Gatt Prof Albert Fenech, Sr Adele Baldacchino, Mr Joe Aquilina and Mro Euchar Gravina were also apresented the Onorifiċenza Mertu Siġġiewi.

Aqra iktar...

Onorifiċenza Mertu Siġġiewi għal Mons Lawrence Gatt, ex-Direttur tad-Dar tal-Providenza

Id-Dar tal-Providenza tixtieq turi s-sodisfazzjon u l-apprezzament tagħha li Mons Lawrence Gatt, ex-Direttur tad-Dar tal-Providenza, ingħata l-Onorifiċenza Mertu Siġġiewi mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. Mons Gatt għadu kif għalaq 80 sena u kien Direttur tad-Dar għal 22 sena sħaħ bejn l-1987 u l-2009. Illum huwa l-Kanċillier tal-Kurja Maltija.

Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Onorifiċenzi, taħt il-Patroċinju Distint ta’ Dr Louis Galea,  saret il-Ħadd 5 ta’ Marzu 2017 fid-Dar tal-Providenza wara quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-kappella tad-Dar u kienet marbuta mal-okkażjoni ta’ Jum is-Siġġiewi.

Matul il-ħatra tiegħu ta’ Direttur tad-Dar tal-Providenza, ġiet inawgurata Villa Papa Luciani, Dar Żerniq fetħet il-bibien tagħha fil-komunità tas-Siġġiewi u Villa Monsinjur Gonzi reġgħet inbniet mill-ġdid. Saru wkoll diversi xogħlijiet fuq faċilitajiet u strutturi eżistenti.

Kien fi żmienu wkoll li, minbarra titjib fl-appoġġ lejn ir-residenti u s-servizzi ta’ respite, ir-residenti b’diżabilità intellettwali ingħataw l-opportunità li jkomplu jikbru fil-fidi permezz ta’ katekeżi simbolika bl-għajnuna tas-sħubija tad-Dar mal-Aġenzija SPRED (SPecial REligious Development) li hija bbażata fi Glasgow l-Iskozja.

Flimkien ma' Mons Lawrence Gatt irċievew ukoll l-Onorifiċenza Mertu Siġġiewi, il-Profs Albert Fenech, Sr Adele Baldacchino, it-tenur Joseph Aquilina, u Mro Euchar Gravina. 

Aqra iktar...

Ikkuntatjana

Id-Dar tal-Providenza
Lapsi Road,
Is-Siġġiewi,
SGW 2822
MALTA
Tel No: (+356) 21464915
Fax: (+356) 21467925

Mailing List

Join our mailing list...

Log In or Register