Players u voluntiera tal-Maratona tal-Volleyball 2017 mistiedna tal-President ta’ Malta

Il-President ta’ Malta, s-Sinjura Marie-Louise Coleiro Preca tat riċeviment għall-players u l-voluntiera li ħadu sehem fil-Maratona tal-Volleyball li saret bejn it-30 ta’ Ġunju u t-2 ta’ Lulju ta’ din is-sena. Ir-riċeviment sar fil-Palazz ta’ San Anton. Fil-Maratona ta’ 53 siegħa ta’ Volleyball ħadu sehem erbgħin player u aktar minn tliet mitt voluntier li bis-saħħa tagħhom inġabret is-somma ta’ €658,039 li tinkludi wkoll il-flus li nġabru waqt il-programm televiżiv ‘Xarabank’ il-ġimgħa ta’ qabel.