Ħarġa ta’ San Martin għar-residenti

Għal darb’oħra ir-residenti, support workers, ħaddiema u voluntiera tad-Dar tal-Providenza għamlu l-Ħarġa ta’ San Martin. Din id-darba il-post kien il-kunvent ta’ San Duminku fir-Rabat. L-okkażjoni bdiet b’quddiesa li tmexxiet mill-Arċisqof Emeritu, Mons. Pawl Cremona OP mgħejun minn Fr Martin Micallef u Fr Trevor Fairclough.

Wara l-quddiesa kien hemm ikel, diżerta u kafè għal kulħadd.