Jerġa jinfetaħ l-Uffiċċju tad-Dar tal-Providenza fil-Belt Valletta

L-uffiċċju li d-Dar tal-Providenza għandha fil-Belt Valletta se jerġa jkun miftuħ nhar ta’ Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt mit-2 ta’ Lulju.

Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċċju, li jinsab fi Triq San Pawl eżatt wara s-suq tal-Belt, huma mid-9.00am san-12.30pm.
Donaturi li jużaw l-uffiċċju tal-Belt huma mitluba jimxu mal-proċeduri stabbiliti.