Gianluca u l-grupp SALT iferrħu lir-residenti

It-tabib kantant Gianluca bis-sehem ukoll ta’ Janice, li tifforma parti mill-grupp SALT, ferrħu bil-kant tagħhom lir-residenti tad-Dar tal-Providenza bħala parti minn inizjattiva msejjħa “The Jericho Mission” organizzata mill-membri tal-Youth Fellowship bil-għan li jingħataw lil oħrajn billi jaqsmu ħinhom, imħabbithom u fl-aħħar mill-aħħar l-imħabba ta’ Alla lejn kuħadd. Il-membri tal-Youth fellowship iddeskrivew din l-esperjenza bħala opportunita’ biex jikbru dejjem iżjed billi jkunu ta’ servizz għall-oħrajn.