Il-Laboratorju tal-Kompjuters

Il-Laboratorju tal-Kompjuters li kien iffinanzjat mill-Vodafone Malta Foundation għandu l-għan li joffri lir-residenti li jkollhom kull possibilità li huma jgawdu mill-opportunitajiet li joffru l-użu tal-kompjuters biex hekk huma jkomplu jiżviluppaw l-edukazzjoni tagħhom, it-tagħrif dwar id-dinja ta’ madwahom, l-inklużjoni, il-ħbiberija u anke jżommu ruħhom infurmati dwar opportunitajiet ta’ xogħol.

Il-laboratorju hu mgħammar minn teknoloġija assistiva li jinkludi skrins li jaħdmu meta tmisshom, keyboards u mice speċjali u software ddisinjat li jiffaċilita l-użu tagħhom minn persuni li għandhom diżabilitajiet fiżiċi u intellettwali differenti.

Il-laboratorju twaqqaf bil-pariri professjonali ta’ Marica Gatt mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni u Stanley Debono mill-Foundation for Information Technology Accessibility.

Id-Dar tal-Providenza estendiet dan il-proġett għall-kmarar individwali tar-residenti. Il-Ministeru tal-Infrastruttura u l-Komunikazzjoni għin lid-Dar biex kull resident ikun jista’ jkollu aċċess għall-informatika mill-kamra tiegħu jew tagħha.

This post is also available in: English