Id-Djarju tad-Dar tal-Providenza

Kull sena Id-Dar tal-Providenza tqassam lil kull dar f’Malta u f’Għawdex djarju żgħir li joqgħod fil-but u li fih hemm informazzjoni dwar id-Dar tal-Providenza u l-ħinijiet tal-quddies kollha ta’ kuljum u tal-Ħdud tal-knejjes kollha ta’ Malta u Għawdex.

Id-distribuzzjoni ta’ dawn id-djarji ssir kull sena għall-aħħar t’Ottubru. Għalhekk dawk li sa Novembru ma jirċevuhx jistgħu jċemplulna fuq 21462844 jew 21464915 jew jikkuntattjawna b’email fuq info@dartalprovidenza.org.