Home

Il-finanzi tad-Dar tal-Providenza, li hi mibnija fuq il-fidi fil-Providenza Divina, jiġu fil-biċċa l-kbira tagħhom mill-ġenerożita tal-benefatturi tagħha Maltin u mid-dinja kollha biex hi tkun tista’ taqdi l-missjoni tagħha.

Min Aħna

Id-Dar tal-Providenza twaqqfet minn Mons. Michael Azzopardi fl-1965 bil-għan li toffri dar f’ambjent ta’ mħabba u li jixbah il-familja lill-persuni b’diżabilità li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jibqgħu jgħixu fil-familja tagħhom.

Servizzi

Id-Dar tal-Providenza minn kemm ilha mwaqqfa bdiet toffri servizzi ta’ residenza lill-persuni bi bżonnijiet speċjali. Dawn is-servizzi ivarjaw minn residenza permanenti jew temporanja jew servizzi oħra relatati mal-bżonnijiet tagħhom.

Missjoni

Id-Dar tal-Providenza, li tieħu isimha u l-kariżma tagħha mill-Vanġelu, hi primarjament organizzazzjoni residenzjali kommessa li tagħti s-saħħa lill-persuni b’diżabilità li jemmnu fihom infushom f’ambjent li jixbah il-familja.