Issir Volontier

Id-Dar tal-Providenza tilqa’ volontiera li aħna nemmnu li jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti b’ħafna modi bħal per ezempju billi jkabbru l-ħbiberija tagħhom permezz ta’ ħbieb ġodda, jsiru parrini fil-fidi, jgħinu fit-tmexxija ta’ kuljum tad-dar (bħalma hu xogħol ta’ manutenzjoni, fil-kċina u fil-laundry), jgħinu fl-attivitajiet biex jinġabru fondi jew joffru l-ħiliet professjonali tagħhom. Dawk li jixtiequ jagħtu daqqa t’id jistgħu jniżżlu l-formola relevanti minn din il-website u jibagħtuha mad-dokumenti rikjesti lill-Ko-ordinatur tal-Volontiera bil-posta lid-Dar tal-Providenza, Triq Lapsi, Siġġiewi jew bl-email: info@dartalprovidenza.org.

Applikazzjoni ghall-Volontier

This post is also available in: English