Applikazzjoni għar-Residenza

Aħna nemmnu li post il-persuni b’diżabilità hu fi ħdan il-familja, jekk din tkun ix-xewqa tiegħu jew tagħha. Il-biċċa l-kbira tal-persuni b’diżabilità jsibu li d-dar tagħhom, imdawrin mal-maħbubin tagħhom, il-post l-aktar naturali u ideali għall-iżvilupp tagħhom. Imma xi kultant, minħabba raġunijiet partikulari fil-ħajja tal-persuna b’diżabilità jkun hemm bżonn li tinstab residenza permanenti f’xi dar residenzjali.

Għal din ir-raġuni, id-Dar tal-Providenza toffri residenza lill-persuni b’diżabilità (il-maġġoranza tagħhom li għandhom diżabilità intellettwali u diżabilitatjiet oħra) li jsibu ruħhom f’sitwazzjonijiet bħal dawn.

Persuni li għandhom bżonn dan is-servizz jistgħu japplikaw fuq applikazzjoni apposta li tista’ tinkiseb mid-Dar jew titniżżel mill-link t’hawn isfel u tintbagħat lill-Ko-ordinatriċi tas-Servizzi, Id-Dar tal-Providenza, Triq Lapsi, Siġġiewi SGW 2822.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq:
info@dartalprovidenza.org  jew ċemplilna fuq: (00356) 21 462 844.

Dar tal-Providenza – Application form

This post is also available in: English