Entries by sbarbara

It-Tim Maniġerjali

It-Tim Maniġerjali jieħu ħsieb it-tmexxija ta’ kuljum tad-Dar. Il-membri li jservu f’dan it-tim huma: • Dun Martin Micallef, Direttur• Ms Nadine Camilleri Cassano, Amministratur• Ms Remona Cuschieri, Ko-ordinatriċi tas-Servizzi• Dun Trevor Fairclough, Direttur Spiritwali• Mrs Margaret Vella, Fiżjoterapista

Bottijiet

Id-Dar tal-Providenza għandha numru ta’ bottijiet li jistgħu jitpoġġew fi ħwienet biex wieħed jista’ jagħmel donazzjoni żgħira. Għall-aktar informazzjoni jew biex tal-ħwienet jistgħu jieħdu sehem f’din l-attività wieħed jista’ jċempel fuq 21462844 jew 21464915 jew jikkuntattjana b’imejl fuq info@dartalprovidenza.org .

Is-Sorijiet ta’ Santa Ġiovanna Antida Thouret itemmu l-ħidma tagħhom fid-Dar tal-Providenza

Xahar qabel Dun Mikiel Azzopardi fetaħ il-bibien tad-Dar tal-Providenza fl-1968, eżattament fit-12 ta’ Jannar, għadd ta’ sorijiet tal-Karità ta’ Santa Giovanna Antida Thouret bdew jgħixu bħala komunità fid-Dar stess biex jgħinu lill-fundatur f’din il-ħidma ġdida. Dawn kienu l-ewwel support workers tad-Dar mgħejjuna minn għadd ta’ voluntiera w aktar il-quddiem minn ħaddiema li ġew impjegati apposta. […]

Coin Boxes

Id-Dar tal-Providenza has a number of coin boxes which can be placed on shop counters for money collecting. For more information or to be come part of this activity, shop owners or other entities can call us on 21462844 or 21464915 or contact us by email on info@dartalprovidenza.org .

Skema ta’ 25c ta’ Ewro scheme – Inizjattiva dwar ir-Responsabbilità Soċjali

Għal ħamsa u ħamsin sena, Id-Dar tal-Providenza tipprovdi residenza permanenti u servizzi ta’ respite lill-persuni b’diżabilità.Illum id-Dar tiġbor fiha tliet residenzi fis-Siġġiewi: Villa Monsinjur Gonzi, Villa Papa Giovanni u Villa Papa Luciani kif ukoll ħamest idjar fil-komunità: ‘Żerniq’ fis-Siġġiewi, ‘Akkwarell’ fil-Qawra, ‘Dar Pirotta’ f’Birkirkara, ‘Shalom’ fiż-Żurrieq u dar oħra fil-Balluta . Biex tagħti dan is-servizz […]

Mons Charles Gauci, l-Isqof ġdid Malti f’Darwin l-Awstralja iżur id–Dar tal-Providenza

L-Isqof ġdid Malti f’Darwin l-Awstralja, Mons Charles Gauci żar Id-Dar tal-Providenza waqt li kien mawra f’Malta. Huwa ġie milqugħ minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar u membri oħra tal-Amministrazzjoni. Huwa ltaqa’ ma’ residenti li jagħtu ħinhom fiċ-Ċentru Agrikolu San Isidor u fil-pixxina tal-akwaterapija. Huwa żar ukoll il-kappella u l-mużew ta’ Dun Mikiel u qatta’ ftit […]

Rekluti ġodda tal-Forzi Armati ta’ Malta jgħinu fid-Dar tal-Providenza

Grupp ta’ rekluti ġodda tal-Forzi Armati ta’ Malta qattgħu xi jiem jagħlu xogħol volontarju f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Ir-rekluti għamlu xogħol ta’ tikħil u żebgħa fil-partijiet komuni tar-residenza kif ukoll taw dehra ġdida lil-kmamar privati tar-residenti. Qabel telqu ir-rekluti ppreżentaw rigali li jafu li r-residenti jħobbu u għamlu wkoll donazzjoni għad-Dar tal-Providenza. Ħidma oħra li għamlu […]

Dawra bil-muturi b’risq id-Dar tal-Providenza

Nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Settembru, il-Forzi Armati ta’ Malta bil-koperazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta u l-Protezzjoni Ċivili organizzaw dawra bil-muturi b’risq id-Dar tal-Providenza. Il-muturi nġabru fil-Barracks ta’ Ħal Luqa fis-6.00pm fejn sar it-tberik tal-muturi mill-kappillan tal-Forzi Armati ta’ Malta, Fr Joe Meli u l-kappillan tal-Puliżija, Patri Ray Bonnici OFM Cap. Il-Kurunell Brian Gatt kellem lill-parteċipanti u […]

L-Assoċjazzjoni Voluntarji Lourdes (AVL) f’pellegrinaġġ tal-morda f’Lourdes

L-Arċisqof Emeritus Mons Pawl Cremona O.P. mexxa l-pellegrinagg għal Lourdes li sar bejn it-30 ta’ Awwissu u l-4 ta’ Settembru 2018. Grupp ta’ mija u tnejn u disgħin pellegrini Maltin ħadu sehem f’dan il-pellegrinaġġ organizzat kull sena mill-Assoċjazzjoni Voluntarji Lourdes (AVL). Minbarra l-pazjenti, il-grupp kien magħmul fost oħrajn minn voluntiera fosthom żgħażagħ, tobba, infermiera, carers […]

53 siegħa ta’ Volleyball iwasslu għal ġabra ta’ €651,905 għad-Dar tal-Providenza

It-tmiem tal-Maratona tal-Volleyball BOV Marigold 2018, f’nosillejl tal-Ħadd 1 ta’ Lulju, kien ikkarraterizzat minn ferħ, tbissim, doċċi ta’ xampanja u sentimenti ta’ gratitudni lejn l-40 plejer, rġiel u nisa, coaches, arbitri, score keepers, tobba, fiżjoterapisti u infermiera, li ddeċidew li jisfidaw is-sħana tal-ġurnata u l-ħemda tal-lejl biex jilagħbu volleyball bla waqfien għal 53 siegħa b’risq […]