Ċelebrazzjonijiet Ewkaristiċi

Quddiesa kuljum fid-9.15am.

Adorazzjoni Ewkaristika kull nhar ta’ Ħamis bejn l-10.00am u t-3.00pm.

Minħabba COVID19 bħalissa l-quddiesa hija magħluqa għall-pubbliku.

SPRED

Fid-dinja tal-lum kulħadd sar konxju li persuni b’diżabiltajiet intellettwali, bħala membri mgħammda tal-Knisja tagħna, għandhom drittijiet spiritwali kif ukoll ħtiġijiet spiritwali. Matul is-snin fid-Dar tal-Providenza ppruvajna nindirizzaw l-importanza li nwieġbu għal dawn il-ħtiġijiet tagħhom.

Fl-2004, Id-Dar tal-Providenza bdiet tuża l-metodu msejjaħ SPRED – Żvilupp Speċjali Reliġjuż – li għal bosta snin intuża b’suċċess f’bosta partijiet tad-dinja. Fi SPRED kull persuna b’diżabilità ntellettwali għandha sponsor u tagħmel parti minn komunità żgħira ta’ (normalment) 14-il ruħ. Biex jieħdu benefiċċju akbar fis-sens ta’ dak li huwa spiritwali, l-ambjent fejn jiltaqgħu huwa ppreparat b’reqqa kbira. Din hija kamra li toffri merħba ta’ mħabba b’distrazzjonijiet mill-inqas u li tgħin lil dawk li jattendu biex ilestu ruħhom għal esperjenza tassew spiritwali. Wara madwar 45 minuta, il-grupp jinġabar madwar il-Kelma t’Alla f’kamra oħra li hija qisha oratorju u jitmexxew, minn Katekist Mexxej, f’katekeżi sinifikattiva. Dak li huwa reali għar-residenti tagħna huma l-affarijiet ordinarji fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum – li jieklu, li jixorbu, li jidħku mal-ħbieb, li jistennew lil xi ħadd ġej jew li jmorru x’imkien. Huma propju dawn il-ġrajjiet ordinarji li jiġu mfakkra f’sessjoni ta’ SPRED. Mill-uman, imbagħad ngħaddu għad-Divin għax Alla juri ruħu fl-affarijiet ordinarji. Kull sessjoni tintemm bil-qsim tal-ikel madwar mejda li kulħadd jagħti daqqa t’id għall-preparazzjoni tagħha. L-esperjenza kollha hija ta’ madwar sagħtejn.

Il-grupp ta’ katekisti jiltaqgħu il-ġimgha ta’ wara biex jagħmlu analiżi tal-aħħar laqgħa u biex jippreparaw, permezz tat-talb, għal-laqgħa li tmiss.

Ladarba l-Katekeżi u l-Liturġija huma intrinsikament konnessi, iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Quddiesa fil-Kappella tad-Dar tal-Providenza jieħdu sinifikat aktar profond. Il-kwiet u s-sens ta’ talb esperjenzati fil-laqgħat ta’ SPRED jagħtu sens akbar lill-Liturġija. Permezz ta’ dan il-bilanċ bejn katekeżi u liturġija, kulħadd huwa mrawwem biex jifhem aħjar il-misteru ta’ Alla li “jwettaq xi ħaġa sabiħa għalina u fostna.”

Fi SPRED, il-volontiera jikbru fil-fidi. Il-ħbieb jikbru fil-fidi. Flimkien, bħala kompanji, jagħmlu mixja fil-fidi u jaqsmu bejniethom din il-fidi.

Min hu nteressat jaqsam din il-fidi u l-ħbiberija ma’ persuni b’diżabilità intellettwali jista’ jikkuntattja lil SPRED permezz ta’ Imejl fuq spred@dartalprovidenza.org

Iċ-Ċentru Agrikolu San Isidoru

Iċ-Ċentru Agrikolu San Isidoru fid-Dar tal-Providenza kien inawgurat uffiċjalment f’ Mejju 2009. Il-Fondazzjoni Alfred Mizzi kienet l-isponsor ewlieni ta’ dan il-proġett u pprovdiet il-finanzi biex ikun jista’ jibda.

Residenti tad-Dar ikabbru varjetà ta’ ħwawar fis-serra spazjuża, imbagħad huma jippakkjawhom biex jintużaw għall-kċina tad-Dar jew biex jinbiegħu lill-pubbliku. Iċ-Ċentru Agrikolu ssemma’ għal San Isidoru, il-patrun tal-bdiewa.

Għall-aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuttattjana fuq: info@dartalprovidenza.org jew ċemplilna fuq: (00356) 21 462 844.

Il-Kamra tal-Mużika

Ir-residenti tad-Dar tal-Providenza għandhom Music Room speċjalizzata fejn ikollhom sessjonijiet tal-mużika b’mod individwali kif ukoll fi gruppi, liema sessjonijiet huma ta’ benefiċċju kbir għalihom.
Il-Music Room, li ġiet inawgurata fl-24 ta’ Mejju 2018, setgħet issir bil-għajnuna finanzjarja tar-Rotary Club La Valette, ir-Rotary Club Malta u r-Rotary International District 2110 li sponsorjaw il-proġett kif ukoll tal-Alf. Mizzi Foundation li sponsorjat il-lift li jwassal għall-Music Room.

Aqua Therapy Centre at Id-Dar tal-Providenza

The new state of the Aqua Therapy Pool built by the Italian firm A-Circle Habilitation Concept based in Bologna Italy is another service offered at Id-Dar tal-Providenza since November 2016.

This service aims at improving the quality of life of our service users and other persons who might need this such therapy.

Some of the benefits of Aqua Therapy are the following:

• Water’s unique properties enhance interventions for clients of all ages, and with varied impairments.
• A warm water environment is comfortable and assists in muscle relaxation, increases range of movement and flexibility.
• Because of water’s buoyancy it allows you to move with less stress on your joints and muscles.

Our service is open also to non residents. Those interested are kindly asked to call Ms Francesca Fonk on 21462844 during office hours or send an email on ffonk@dartalprovdienza.org

Ċentru tal-Aqua Therapy fid-Dar tal-Providenza

Il-Pixxina tal-Aqua Therapy moderna għall-aħħar, mibnija mill-kumpanija Taljana A-Circle Habilitation Concept ibba’ara f’Bologna, l-Italja, hija servizz ieħor lil beda jiġi offrut fid-Dar tal-Providenza minn Novembru 2016.

L-għan ta’ dan is-servizz huwa li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ dawk li jużaw is-servizzi tagħna jew persuni ieħor li jistgħu ikollhom bżonn dan it-tip ta’ terapija.

Dawn huma ftit mill-benefiċċji tal-Aqua Therapy:

• Il-kwalitajiet uniċi tal-ilma itejjbu l-użu mill-klijenti ta’ kull età u bi problemi differenti;
• L-effett tal-ilma sħun huwa pjaċevoli u jgħin għar-rilassament tal-muskoli u jżid il-moviment u l-flessibilità;
• Minħabba l-vivaċità tal-ilma tkun tista’ tagħmel movimenti b’inqas tensjoni fuq il-ġogi u l-muskoli.

Dan is-servizz huwa wkoll miftuħ għal dawk li mhumiex residenti tagħna. Min hu interessat jista’ jċempel lil fuq 21462844 matul il-ħinijiet normali tax-xogħol jew permezz ta’ imejl fuq info@dartalprovidenza.org.

Attivitajiet Oħra

Fid-Dar tal-Providenza r-residenti jgawdu minn numru ta’ attivitajiet li jiġu organizzati fid-Dar u fil-komunità.

Kmamar Multisensorjali

Il-kmamar multisensorjali ġew inawgurati t-Tnejn 24 ta’ Ġunju, 2013 mill-Eċċ. Tiegħu George Abela, President ta’ Malta u mis-Sinjura Abela u mbierka mill-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta. Dan il-proġett kien parzjalment iffinanzjat mill-Malta Community Chest Fund.

Dawn il-kmamar joffru ambjent iddisinjat speċifikament biex jgħinu persuni b’diżabilità jgawdu minn varjetà kbira ta’ esperjenzi sensorjali għat-terapija, tagħlim, rilassament u gost. Il-kunċett hu li jiġu kkreati attivitajiet li jiffukaw fuq sensi partikolari bħal dak li tmiss, li tara, tisma’, ixxomm jew tiċċaqlaq.

Dawn iI-kmamar multisensorjali huma konferma oħra tal-impenn kontinwu tad-Dar li tipprovdi servizz ta’ kwalità lir-residenti.

Iċ-Ċentru Agrikolu San Isidoru

Iċ-Ċentru Agrikolu San Isadoru fid-Dar tal-Providenza kien inawgurat uffiċjalment l-Erbgħa xxx ta’ Mejju 2009. Il-Fondazzjoni Alfred Mizzi kienet l-isponsor prinċipali ta’ dan il-proġett u pprovdiet il-finanzi biex dan il-proġett ikun jista’ jibda. Residenti tad-Dar ikabbru varjetà ta’ ħwawar fis-serra spazjuża, imbagħad huma jippakkjawhom biex jintużaw għall-kċina tad-Dar jew biex jinbiegħu lill-pubbliku. Iċ-Ċentru Agrikolu ssemma’ għal San Isidoru, il-padrun tal-bdiewa.

Għall-aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuttattjana fuq: info@dartalprovidenza.org jew ċemplilna fuq: (00356) 21 464 915.

Il-Laboratorju tal-Kompjuters

Il-Laboratorju tal-Kompjuters li kien iffinanzjat mill-Vodafone Malta Foundation għandu l-għan li joffri lir-residenti li jkollhom kull possibilità li huma jgawdu mill-opportunitajiet li joffru l-użu tal-kompjuters biex hekk huma jkomplu jiżviluppaw l-edukazzjoni tagħhom, it-tagħrif dwar id-dinja ta’ madwahom, l-inklużjoni, il-ħbiberija u anke jżommu ruħhom infurmati dwar opportunitajiet ta’ xogħol.

Il-laboratorju hu mgħammar minn teknoloġija assistiva li jinkludi skrins li jaħdmu meta tmisshom, keyboards u mice speċjali u software ddisinjat li jiffaċilita l-użu tagħhom minn persuni li għandhom diżabilitajiet fiżiċi u intellettwali differenti.

Il-laboratorju twaqqaf bil-pariri professjonali ta’ Marica Gatt mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni u Stanley Debono mill-Foundation for Information Technology Accessibility.

Id-Dar tal-Providenza estendiet dan il-proġett għall-kmarar individwali tar-residenti. Il-Ministeru tal-Infrastruttura u l-Komunikazzjoni għin lid-Dar biex kull resident ikun jista’ jkollu aċċess għall-informatika mill-kamra tiegħu jew tagħha.