Servizzi ta’ Fiżjoterapija

L-għan tal-fiżjoterapija hu li tgħin il-persuna jerġa’ jikseb il-moviment u l-funzjonijiet tal-ġisem normali f’każ ta’ mard, inċident jew diżabilità. B’mod partikolari, is-servizzi tal-fiżjoterapija fid-Dar tħares lejn is-sitwazzjoni tar-resident partikulari. Barra li jiġu ttrattati l-problemi, il-fiżjoterapista tista’ tissuġġerixxi affarijiet li jistgħu jsiru kuljum biex jiġi mmassimizzat l-abbilità tar-resident li jiċċaqlaq u jikkontrolla l-uġigħ fil-ġogi, il-muskoli u l-għadam. Tgħin ukoll biex jitjieb l-ammont ta’ moviment biex hekk ir-resident ikun aktar b’saħħtu u kuntent.

Il-fiżjoterapisti jevalwaw u jtejbu l-moviment u l-funzjoni tal-ġisem, b’attenzjoni partikulari għall-mobilità fiżika, il-bilanċ, il-mod kif iżżomm lil ġismek, l-għeja u l-ugigħ. Dawn il-professjonisti jassessjaw il-bżonn għal tip ta’ wheelchairs li r-residenti għandhom bżonn.

This post is also available in: English