Shalom

‘Shalom’ – iż-Żurrieq fi Triq it-Tin. Giet inawgurata fit-8 ta’ April 2016, minn Dr Justyne Caruana, dak iż-żmien Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anżjanità Attiva. F’din id-dar jgħixu ħames persuni b’diżabilita’ intellettwali.

Dar Pirotta

Dar Pirotta – Birkirkara. Infetħet mill-Arċidjoċesi ta’ Malta fl-2007 u waqgħet taħt ir-responsabbiltà tad-Dar tal-Providenza fl-1 ta’ Jannar 2014. Tinsab fi Pjazza Santa Liena u fiha jgħixu disa’ persuni b’diżabilità intellettwali.

Is-Sorijiet ta’ Santa Ġiovanna Antida Thouret

Xahar qabel Dun Mikiel Azzopardi fetaħ il-bibien tad-Dar tal-Providenza fl-1968, eżattament fit-12 ta’ Jannar, għadd ta’ sorijiet tal-Karità ta’ Santa Giovanna Antida Thouret bdew jgħixu bħala komunità fid-Dar stess biex jgħinu lill-fundatur f’din il-ħidma ġdida. Dawn kienu l-ewwel support workers tad-Dar mgħejjuna minn għadd ta’ voluntiera w aktar il-quddiem minn ħaddiema li ġew impjegati apposta.
L-ewwel tliet residenti fid-Dar tal-Providenza daħlu fil-11 ta’ Frar 1968. Kollha sabu darhom f’Villa Monsinjur Gonzi li allura kienet għadha kif ġiet irranġata.
Minn dak iż-żmien sa llum is-Sorijiet tal-Karità offrew is-servizzi professjonali tagħhom b’ħafna mħabba, dedikazzjoni u ġenerożità. Fl-1 ta’ Jannar 2020, Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna ħabbar uffiċċjalment li l-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Karità f’Malta iddeċidiet kontra qalbha li din is-sena is-sorijiet minħabba l-età kellhom itemmu l-ħidma tagħhom fid-Dar tal-Providenza. Id-data uffiċċjali hija l-15 ta’ Lulju 2020.

Il-preżenza ta’ din il-komunità reliġjuża kienet rigal għar-residenti, il-ħaddiema u l-voluntiera tad-Dar. Huma kienu dejjem hemm għal kulħadd 24 siegħa kuljum. Bosta minhom taw ukoll servizz għal snin twal. Fil-fatt, Sr Gesuina Mangion ilha sservi fid-Dar għal dawn l-aħħar 41 sena, Sr Lorenza Borg għal dawn l-aħħar 13-il sena, Sr Bernarda Buhagiar u Sr Bertha Bezzina għal 20 sena sħaħ. Is-sens qawwi ta’ servizz jibqa’ ta’ eżempju kbir għal dawk kollha li jaħdmu fid-Dar tal-Providenza.
Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, qal li hu ċert li s-sens qawwi ta’ servizz jibqa’ ta’ eżempju kbir għalina lkoll li naħdmu f’din id-Dar. Huwa rringrazzja lis-sorijiet kollha li ħadmu fid-Dar tul is-snin u mhux l-inqas lil Sr Lorenza Borg, lil Sr Bernarda Buhagiar u lil Sr Gesuina Mangion li żgur se nimmissjawhom ħafna. Huwa awguralhom ukoll għall-ħidmiet differenti li se jkunu qed iwettqu fil-komunitajiet ġodda tagħhom.

Isem

Sr Aggunta Mallia*

12/01/1968 – 1970

Sr Alexandra Delazzaio

12/01/1968 – 1968

Sr  Agostina Cutajar

12/01/1968 – 1970

Sr Annunziata Cortis*

1970- 1972

1982- 1982

Sr Assunta Camilleri

1970 – 1972

Sr Castagna Caruana

1970 -1970

Sr Pacifica  Micallef

1971 – 1998

Sr Caterina D’Alfonso

1971 -1971

Sr Maria Vittoria Sciberras

1971-1995

Sr Assunta Camilleri

1971-1972

1990 -1992

Sr Cecilia Frendo*

1972 – 1972

Sr Nicolina  Bonello

1972 – 1973

1985 – 1990

Sr Vincenza Briffa

1972 – 1972

Sr Bartolomea Bezzina

      1972 1973

      1992- 2020

Sr Clara Vella

1973-1973

Sr Salvina Bezzina

1973 -1973

Sr Gaetana Pace*

1975 – 1982

Sr Maria Ersilia Mifsud*

1975 – 1977

Sr Maria Concetta Farrugia

1976 – 1977

Sr Maria Anna Camilleri

1977 – 1978

1983 – 2000

      Sr M’Anna Laferla

      1979 – 1981

      Sr Gesuina Mangion

      1979 – 2020

      Sr Francesca Farrugia

      1980 – 1985

      Sr Concetta Attard

      1981- 1984

      Sr Madalena Fava*

      1982 – 1994

      Sr Fortunata Fava

      1982 – 1994

      Sr Josephine Agius

      1984 – 1985

      Sr Anna Theresa Pace

      1987 – 1990

      Sr Pauline Busuttil

      1987 – 1988

      Sr Emma Zammit

      1988 – 1991

      Sr Lucia Gauci

      1990 -1992

      Sr Monica Darmanin

      1992 – 1992

      Sr Tessie Micallef

      1993 – 1995

      Sr Theresa Tonna

      1993 – 1994

      Sr Maria Antida Mifsud*

      1994 – 2006

      Sr Maris Camilleri

      1995 -1995

      Sr Louisa Camilleri

      1996-1996

      Sr Anselma Tanti

      1996- 2010

      Sr Elena Zammit

      1996 -1999

      Sr Bernarda  Buhagiar

      2000- 2020

      Sr Theresa Maria Piscopo

      2001- 2005

      Sr Lorenza Borg*

      2006 – 2020

* Superjuri

Rapport Annwali 2019

Id-Dar tal-Providenza tfakkar lill-Kardinal Prospero Grech OSA

Id-Dar tal-Providenza fakkret il-memorja tal-Kardinal Prospero Grech f’għeluq ix-xahar mill-mewt tiegħu permezz ta’ quddiesa li saret fil-kappella tad-Dar u li għaliha attendew ukoll il-qraba tal-Kardinal flimkien mar-residenti. Il-quddiesa kienet konċelebrata minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza u Fr Lino Cardona SJ.

Għall-okkażjoni, Mons Arċisqof Alfred Xuereb, Nunzju Appostoliku għall-Korea u l-Mongolja, li kien jaf mill-qrib lill-Kardinal, intalab jagħmel messaġġ qasir biex jinqara waqt is-sagrifiċċju tal-quddiesa għal ruħu. Mons. Xuereb qal hekk: “Dan jagħtini okkażjoni tajba sabiex, minkejja l-bogħod li jifridna, ningħaqad magħkom spiritwalment ħalli noffri talb ta’ sagrifiċċju għal ruħu u fl-istess waqt nagħti l-aħħar tislima lil persuna speċjali li għamlet ġieħ lill-Knisja ta’ Kristu u lill-Art Twelidna”.

“Nibqa’ ngħożż bħal teżor il-konoxxenza li għamilt tiegħu bħala reliġjuż ferrieħi, li għażel li jħalli kollox warajh biex jimxi wara Ġesù. L-umoriżmu raffinat tiegħu kien xhieda ċara tal-għaqda li żamm ma’ Alla u tal-fedeltà għall-wegħdiet li għamel meta daħal fl-Ordni Agostinjan.”

“Ibbenefikaw eluf ta’ studenti li segwew il-korsijiet tiegħu, u magħhom dawk kollha li studjaw fuq il-kitbiet mimlija għerf li ppublika tul il-kariga akkademika tiegħu. Ibbenefikaw il-patrijiet sħabu li magħhom kien jgħix fil-komunità f’Ruma bil-pariri għaqlin u l-manjieri ħelwa tiegħu. Ibbenefikaw il-parruċċani ta’ Sant’Anna bil-meditazzjonijiet sbieħ li kien joffri fiż-żmien tar-Randan. Ibbenefikaw bil-bosta s-Santa Sede bil-kollaborazzjoni siewja li offra bħal konsultur tal-Kongregazzjoni tal-Fidi. Ibbenefikaw ukoll l-Istitut Patristiku “Agostinianum” u l-Kummissjoni Pontifiċja Bibblika li tagħhom kien membru attiv. Ibbenefikaw l-Kulleġġ tal-Kardinali li sar jagħmel parti minnu meta l-Papa Benedittu XVI ħatru Kardinal fi Frar 2012 u b’mod partikolari meta ġie mitlub joffri l-meditazzjoni fil-ftuħ tal-aħħar konklavi f’Marzu tal-2013. Ibbenefikaw dawk kollha li kellhom ix-xorti jsiru jafuh u se jkomplu jibbenefikaw dawk kollha li jibqghu jiftakruh.”

Mons. Xuereb temm jgħid fil-messaġġ tiegħu: “Meta l-Mulej sejjaħlu biex jagħtiħ il-premju mistħoqq, qalbna mtliet bid-dieqa għax tlifna ħabib li kien għaniena bil-kwalitajiet sbieħ tiegħu. Nistħajlu qed jittawwal mis-Sema lejn il-poplu ta’ Malta u ta’ Għawdex, u jħeġġeġ lilna llkoll biex nagħmlu l-qalb għax issa nistgħu nibbenefikaw mit-talb ta’ interċessjoni tiegħu lil Alla biex inżommu sħaħ fil-fidi u nibgħu poplu magħqud fl-imħabba tal-aħwa.”

Il-Kardinal Prospero Grech miet fit-30 ta’ Diċembru, wara li lejlet il-Milied għalaq 94 sena. Bħal ommu Amelia u missieru Vincent, li kienu benefatturi tad-Dar, huwa kellu ħafna għal qalbu lid-Dar tas-Siġġiewi u għamel żewġ żjarat kemm kien ilu Kardinal.

Min Aħna

Id-Dar tal-Providenza twaqqfet minn Mons. Mikiel Azzopardi fl-1965 bil-għan li toffri servizzi residenzjali individwalizzat lil persuni b’diżabilità f’ambjent li jixbah il-familja u li jkabbar u jimmassimizza l-abbilitajiet tagħhom biex hekk huma jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà.

Illum, id-Dar tal-Providenza tiġbor fiha tliet residenzi: Villa Monsinjur Gonzi, Villa Papa Giovanni u Villa Papa Luciani. Tiġbor fiha wkoll erbat idjar fil-komunità: Żerniq fis-Siġġiewi, Akkwarell fil-Qawra, Dar Pirotta f’Birkirkara u Shalom fiż-Żurrieq.

Bħalissa, fid-djar tad-Dar tal-Providenza jgħixu mija u ħmistax-il persuna adulta. Id-Dar toffri wkoll servizz ta’ respite fuq bażi regolari lill-familji ta’ persuni b’diżabilità, biex b’hekk il-membru tal-familja li għandu diżabilità jkun jista’ jibqa’ jgħix mal-familja tiegħu.

Uħud mir-residenti jqattgħu l-ġurnata tagħhom f’attivitajiet barra mid-Dar bħal Ċentri ta’ Matul il-Jum. Oħrajn għandhom impjieg jew jinvolvu ruħhom f’attivitajiet li jiġu organizzi fid-Dar stess jew fil-komunità.

Id-Dar tal-Providenza hija affiljata ma’ aġenzija barranija fi Glasgow, l-Iskozja, imsejħa SPRED – Żvilupp Speċjali Reliġjuż li toffri għadd ta’ servizzi biex jgħinu persuni b’diżabilità intellettwali jintegraw f’komunitajiet ta’ talb fil-parroċċi permezz tal-proċess ta’ tagħlim fil-fidi.

Id-Dar tal-Providenza hija wkoll affiljata mal-European Association of Service Providers for Persons with Disabilities li tirrappreżenta ‘l fuq minn 15,000 servizz ta’ sapport għall-persuni b’diżabilità mal-Ewropa kollha.

Id-Dar trid madwar sitt miljun u nofs ewro fis-sena biex twettaq il-ħidma tagħha.

Id-Direttur Spiritwali

Dun Trevor Fairclough hu responsabbli mill-ħidma spiritwali kemm tar-residenti kif ukoll tal-ħaddiema. Hu wkoll responsabbli mill-Katakeżi Simbolika, servizz mogħti lir-residenti Kristjani tad-Dar.

Il-Bord

Il-Bord tad-Dar tal-Providenza nħatar mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Pawlu Cremona O.P. f’Marzu tal-2011. Il-membri li jservu f’dan il-bord huma:

Chairperson:

Dun Martin Micallef

Viċi Chairperson:

Is-Sur Lawrence Zammit

Segretarja:

Is-Sinj Elvia George

Membri:

Dr Joe Bugeja
Is-Sur Arthur Caruana
Dott. Roberta Sammut
Is-Sur Emmanuel Zammit

Id-Direttur

Dun Martin Micallef, iben John Micallef u Jane nee Bugeja twieled Ħal Luqa fl-10 ta’ Novembru 1967.

Hu beda l-istudji tiegħu fl-iskola Primarja ta’ Ħal Luqa, is-Seminarju Minuri u l-Liċeo l-Ġdid. Hu daħal fis-Seminarju Maġġuri tal-Arċisqof biex iħejji ruħu għas-saċerdozju. Hu kiseb il-grad fil-livell ta’ Baċellerat mill-Università ta’ Malta fil-Filosofija u t-Teoloġija u l-liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali. Hu kien ordnat djaknu fil-25 ta’ Novembru 1994 fil-Parroċċa ta’ Ħal Luqa u ordnat qassis fil-5 ta’ Lulju 1996. Hu serva bħala viċi-parrokku fil-parroċċa tal-Ibraġġ u aktar tard kappillan ta’ Ħal Għaxaq (2000-2005) u Marsaskala (2005-2008). Mill-2004 hu serva bħala membru tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità jirrapreżenta l-Knisja f’Malta. Hu wkoll membru tal-Kummissjoni Pastorali għall-Persuni b’Diżabilità.

Hu nħatar Direttur tad-Dar tal-Providenza fl-1 t’Ottubru 2008 wara Mons. Lawrence Gatt li nħatar Kanċellier tal-Kurja Arċiveskovili.

Email: mmicallef@dartalprovidenza.org

Żerniq

Żerniq hi dar komuni li tinsab fir-raħal tas-Siġġiewi ftit kilometri ’l barra mill-kumpless tad-Dar tal-Providenza. Hi ġiet inawgurata fil-11 ta’ Frar 1995. Erba’ persuni b’diżabilità jgħixu f’din id-dar bis-sapport li għandhom bżonn.