Maratona ta’ 34 siegħa Abseiling b’risq id-Dar tal-Providenza

L-Arċisqof Emeritus, Mons Pawl Cremona OP dalgħodu bierek il-parteċipanti fil-bidu tal-Maratona ta’ 34 siegħa Abseiling b’Risq Id-Dar tal-Providenza. Il-maratona bdiet dalgħodu fid-disa’ u tibqa sejra sas-sebgħa tal-Ħadd filghaxija. Il-Maratona tal-Abseiling hija organizzata mill-Boy Scout Group tal-Mosta bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u Radju RTK. Dawk li qed jieħdu sehem ġew mitluba jagħmlu donazzjoni ta’ €12 matul il-jum u €6 matul il-lejl biex jagħmlu abseil. Għall-ewwel darba hemm ukoll l-opportunità biex wieħed jaqsam il-wied sabiħ tal-Mosta imdendel ma’ wire.