€4,410 inġabru waqt il-Kunċert tal-Forzi Armati ta’ Malta
€4,410 inġabru waqt il-Kunċert mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta li sar nhar it-Tlieta, 3 ta Diċembru 2013 fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl fl-Imdina. Il-kunċert, li kien organizzat minn Radju RTK b’risq id-Dar tal-Providenza, kien taħt il-patroċinju distint tal-President ta’ Malta, Dr George Abela u l-Arċisqof ta’ Malta, Mons Pawl Cremona OP. Is-somma sħieħa se tiġi ppreżentata mill-Forzi Armati ta’ Malta fl-1 ta’ Jannar li ġej waqt il-Festa ta’ Ġenerożità li ssir fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.