Donazzjoni ta’ Maskli Protettivi

Nhar il-Ħamis, 6 ta’ Mejju, mpjegati mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA) wasslu lid-Dar tal-Providenza maskli prottettivi.

Nadine Camilleri, l-Amministratur tad-Dar, wasslet l-apprezzament u l-ħajr tad-Dar lis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Persuni b’Diżabilità, l-Onor. Silvio Parnis kif ukoll lil Norwex Malta Ltd. u l-Corinthia Group of Companies li taw dawn il-maskli.