€1,020 miġbura matul il-Mater Dei Hospital Volleyball League 2019

€1,020 inġabru matul il-5 edizzjoni tal-Mater Dei Hospital Volleyball League 2019 organizzat mill- Employee Health and Well Being Unit fi ħdan l-Isptar Mater Dei b’kollaborazzjoni mal-Malta Volleyball Association nhar is-Sibt, 7 ta’ Settembru fil-Cottonera Sports Complex.

Din is-sena, kien hemm rekord ta’ timijiet li ħadu sehem – 15 b’kollox u l-istess bħal fis-snin l-imgħoddija, id-dħul kien kollu b’risq Id-Dar tal-Providenza. Wara kompetizzjoni ħarxa bejn il-15-il tim, Volley Lama, Land Sharks, Mater Dei u More Volley Mates ikkwalifikaw għas-semi-finali. It-tim ta’ Mater Dei kiseb it-3 post, Volley Lama it-2 waqt li Land Sharks ġew iddikjarati ir-rebbieħa.

Ħajr speċjali imur għall-helpers li bil-għajnuna li jagħtu nistgħu inħarsu ‘l quddiem għal aktar Volleyball Leagues li bis-saħħa tagħhom kulħadd jista’ jgawdi l-isport, jagħmel ħbieb ġodda u fl-istess waqt jgħin lid-Dar tal-Providenza.

Is-CEO tal-Isptar Mater Dei, is-Sur Ivan Falzon u Ms Monica Camilleri, Assistant Principal Employee Health & Well Being ta’ Mater Dei għamlu l-preżentazzjoni ta’ €1020 lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar.