
Il-11-il edizzjoni tal-BOV Marigold Volleyball Marathon ta’ 53 siegħa b’risq Id-Dar tal-Providenza se tibda nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju fis-6.30pm fil-parkeġġ tad-dar residenzjali fis-Siġġiewi u tintemm f’nofs il-lejl tal-Ħadd 7 ta ‘Lulju.
Il-Maratona hija avveniment annwali ta’ ġbir ta’ fondi għad-Dar tal-Providenza li verament iqiegħed l-altruwiżmu fuq quddiem. Din il-maratona tara l-isportività u l-volontariżmu jaħdmu id f’id bl-uniku għan li jiġbru fondi biex jiżguraw li din id-Dar tkompli toffri ambjent simili għall-familja għar-residenti tagħha.
Kuljum mis-6.00pm ‘il quddiem se jkun hemm divertiment ‘live’ mill-kantanti u bands lokali. Se jkun hemm ukoll parti apposta għat-tfal u minn fejn wieħed ikun jista’ jixtri ikel u xorb.
This post is also available in: English