Din hija t-8 sena li qed isir dan l-irkant biex jinġabru fondi għad-Dar tal-Providenza. Il-biċċiet kollha tal-arti li qed jiġu rkantati ġew mogħtija b’ħeġġa kbira minn artisti lokali u internazzjonali.
L-Ispeaker tal-Kamra, l-Onor. Deputat Dr. Anġlu Farrugia ta l-kunsens tiegħu biex dan l-irkant isir live fil-Foyer tal-Kamra tad-Deputati.
Il-biċċiet tal-arti li ser ikunu rkantanti ser ikunu għal wiri mill-10 ta’ Diċembru sa dakinhar tal-irkant.
L-irkant se jitwettaq bl-għajnuna ta’ Obleisk Auctions, mis-Sur Pierre Grech Pillow, bħala l-irkantatur.
This post is also available in: English