Ġirja ta’ 5Km bħala parti mill-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza
Il-BOV Volleyball Marathon hija okkażjoni biex niltaqgħu flimkien għal kawża mill-aqwa u din is-sena qed nagħmlu xi ħaġa oħra eċċitanti biex ninvolvuk.
Ingħaqadna ma’ Eurosport u Garmin Malta biex norganizzaw ġirja ta’ 5Km nhar is-Sibt, 18 ta’ Lulju biex nagħtu opportunità lid-dilettanti tal-ġiri biex jieħdu sehem f’wieħed mill-akbar attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi b’risq id-Dar tal-Providenza. Il-ġirja tibda fis-6.30am.
Il-ġirja tibda u tispiċċa barra l-MFCC North Entrance propju fejn ikun għaddej l-aħħar jum tal-BOV Volleyball Marathon.
Irreġistra llum u għamel id-differenza għad-Dar tal-Providenza


