Il-Communications Coordinator tad-Dar tal-Providenza f’laqgħat fi Brussell

Victor Formosa, il-Communications Coordinator tad-Dar tal-Providenza, kien fi Brussell bħala parti minn grupp ta’ rappreżentanti ta’ diversi NGOs f’pajjiżna għal żjara ta’ nformazzjoni dwar l-Unjoni Ewropeja.

Matul iż-żjara ta’ jumejn, il-grupp attenda għal sensiela ta’ taħdidiet minn kelliema differenti dwar temi li jolqtu lill-Unjoni Ewropeja kif ukoll temi ta’ nteress għall-NGOs Maltin. Kien hemm ukoll preżentazzjoni fil-Parlament Ewropew dwar il-funzjoni tal-istituzzjoni fejn hemm ħames MEPs Maltin li jirrapreżentawna.