Kunċert Annwali b’riżq id-Dar tal-Providenza mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta

Il-Kunċert annwali mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta b’riżq Id-Dar tal-Providenza fl-okkażjoni tal-Ġimgħa tal-Persuni b’Diżabilità, se jsir fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Diċembru 2018 fit-8.00pm. Il-kunċert vokali u strumentali se jkun taħt il-patroċinju distint tal-E.T. il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, u l-E.T. Mons. Arċisqof Charles J Scicluna u se jsir bil-korteżija tal-Kapitlu Metropolitan. Bħala parti mill-kunċert jitħabbar ir-rebbieħ tal-Premju Mons. Mikiel Azzopardi 2018.

Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Kaptan Jonathan Borg bis-sehem tal-Coro Bel Canto, immexxi mis-Surmast Hermann Farrugia Frantz. Se jindaqqu xogħlijiet ta’ Theodore Moses Tobani, Pyotr IlyichTschaikovsky, Wolfgang Amadeus Mozart, Arnold & Brown, Johann Sebastian Bach, Carlo Giuseppe Rossi, Kurt Hahn, Cesar Frank, Karl Jenkins u George Frideric Handel.

Id-diskors ewlieni li din is-sena se jsir minn Dr Alistair Degaetano se jiffoka fuq l-Awtiżmu.

Id-dħul għaIl-kunċert huwa bla ħlas u kulħadd huwa mistieden. Biljetti tad-dħul jistgħu jinkisbu billi wieħed iċempel fuq 2146 2844 jew jibgħat imejl fuq kuncert@dartalprovidenza.org. Biljetti jistgħu jinkisbu wkoll mill-Media Centre, Blata l-Bajda u mill-uffiċċju tad-Dar tal-Providenza fi Triq San Pawl fil-Belt (wara s-suq) li jkun miftuħ mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-9.00am u nofsinhar.