Maratona tal-Volleyball

Kull sena, Id-Dar tal-Providenza torganizza l-BOV Volleyball Marathon. Din hi maratona ta’ 53 siegħa ta’ logħob kontinwu u li ssir fl-ewwel weekend ta’ Lulju.

L-għan tal-maratona hu li jinġabru fondi għad-Dar tal-Providenza biex hi tkompli taħdem biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja u tkompli tgħin fl-iżvilupp sħiħ u l-inklużjoni soċjali tal-persuni li jużaw is-servizzi tagħha.

Għanijiet oħra huma li tinkoraġġixxi x-xogħol volontarju, l-isports u r-rispett lejn il-persuni b’diżabilità li għandhom jingħataw l-għażliet u l-opportunitajiet kollha li kull ċittadin għandu dritt igawdi.

Il-maratona ssir fil-carpark tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.

Dawk li jixtiequ jipparteċipaw bħala players jew volontiera fl-edizzjoni li jmiss tal-BOV Volleyball Marathon għandhom iniżżlu minn fuq l-internet l-applikazzjoni relevanti jew iżur www.facebook.com/Volley4DTP. Dawn l-applikazzjonijiet joħorġu bejn April u Mejju ta’ kull sena.