Smart phones biex ir-residenti jżommu kuntatt mal-familjari u ħbieb

Waħda mill-ewwel miżuri li ħadet id-Dar tal-Providenza biex tissalvagwardja r-residenti u s-Support workers tagħħom mill-imxija tal-Coronavirus kien li nwaqqfu ż-żjarat mill-familjari u ħbieb li s-soltu jżuruhom fid-djar tagħna. Għaldaqstant id-Dar investiet f’numru ta’ smart phones biex nassiguraw li r-residenti li jixtiequ jżommu kuntatt ma’ familjari u ħbieb u viċi versa jkunu jistgħu jagħmlu dan. Dan is-servizz intlaqa’ tajjeb ħafna kemm mir-residenti kif ukoll mill-familjari u ħbieb.