Suċċess għall-Bazaar tal-Milied

Suċċess għall-Bazaar tal-Milied

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru, il-voluntiera tad-Dar tal-Providenza organizzaw b’suċċess il-Bazaar annwali tal-Milied fid-Dar tal-Providenza.

Il-pubbliku seta’ jixtri varjeta ta’ kartolini u dekorazzjonijiet tal-Milied bi prezzijiet raġonevoli flimkien ma’ kotba użati u dekorazzjonijiet oħra tad-dar.

Il-Bazaar ikun miftuħ kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ ġimgħa bejn id-9.00a.m. u 12.00 p.m.