56 sena ilu saret l-ewwel donazzjoni biex titwaqqaf id-Dar tal-Providenza

Kien fit-12 ta’ Settembru tal-1965 li Monsinjur Mikiel Azzopardi kien tkellem dwar l-idea tiegħu waqt programm tar-radju. Żagħżugħa li kienet qed tisma’ dan il-programm kienet fittxet lil Monsinjur Azzopardi biex tagħtih donazzjoni ta’ Lm100, illum jammontaw għal madwar €230. Din iż-żagħżugħa kienet qed tfaddal il-flus għal safra iżda tant laqgħet il-ħolma ta’ Dun Mikiel li għażlet li tgħaddilu l-flus li kienet qed tfaddal biex tgħin lill-persuni b’diżabilità.

Kien Monsinjur Mikiel Azzopardi, l-Assistent Ġenerali Ekkleżjastiku tal-Azzjoni Kattolika f’Malta, li kellu l-ħolma li jtejjeb il-ħajja ta’ persuni b’diżabilità. Waħda mir-raġunijiet wara l-ħolma tiegħu kienet biex jgħin lill-persuni b’diżabilità li ma setgħux jibqgħu jgħixu mal-ġenituri tagħhom.

Bis-saħħa tal-ħolma u l-viżjoni tiegħu id-Dar tal-Providenza ħadet il-ħajja 56 sena ilu.