€5,600 b’risq id-Dar tal-Providenza
Is-somma ta’ €5,600 inġabret dan l-aħħar minn Pierre Vella Petroni u Anne Marie Xuereb b’risq id-Dar tal-Providenza.
Kull sena, għal dawn l-aħħar tmin snin, Vella Petroni u Xuereb organizzaw barbecue għall-qraba u l-ħbieb b’risq id-Dar tas-Siġġiewi.
Din is-sena, minħabba restrizzjonijiet li ddaħħlu Mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jikkumbattu l-pandemija COVID-19, din l-attività ma saretx, madankollu, xorta nġabru d-donazzjonijiet.
Is-Sinjuri Vella Petroni u Xuereb ippreżentaw iċ-ċekk ta’ €5,600 lil Dun Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, li f’isem ir-residenti u l-amministrazzjoni tad-Dar irringrazzja lill-ħamsa u sittin persuna u entitajiet kummerċjali li għamlu d-donazzjoni tagħhom biex inġabret din is-somma sabiħa.
This post is also available in: English